Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/34391
Title: Is-siwi tal-back-translation b’analizi ta’ siltiet mit-traduzzjoni tat-trilogija Hekk Thabbat il-Qalb Maltija
Authors: Vella, Doriana
Keywords: Back translation
Friggieri, Oliver, 1947-2020 -- Translations into English
Translating and interpreting
Issue Date: 2016
Citation: Vella, D. (2016). Is-siwi tal-back-translation b’analiżi ta’ siltiet mit-traduzzjoni tat-triloġija Hekk Tħabbat il-Qalb Maltija (Master's dissertation).
Abstract: Din it-teżi ser tittratta l-validità tal-metodoloġija tal-Back-Translation (BT) b’eżempji mit- traduzzjonijiet bl-Ingliż tat-triloġija tal-Prof. Oliver Friggieri: Hekk Tħabbat il-Qalb Maltija, li saru minn tradutturi nisa Maltin: Marina Lowell u Rose Marie Caruana. Lowell ittraduċiet l-ewwel rumanz: It-Tfal Jiġu Bil-Vapuri (Children Come By Ship) u Caruana qalbet iż-żewġ rumanzi li jsegwuh: La Jibnazza Niġi Lura (Let Fair Weather Bring Me Home) u Dik id-Dgħajsa f’Nofs il-Port (Safe at Anchor in Mid-Harbour). Din it-teknika diġà tintuża f’testi non-letterarji, speċjalment għal dawk mediċi, legali u tekniċi. L-isfida ta’ din it-teżi hija proprju l-fatt li se tiġi ppruvata fuq siltiet tradotti mil-letteratura Maltija. L-istudju jagħlaq b’kapitlu fuq is-siwi tal-proċedura tal-BT fi ħdan l-eżerċizzju li sar fuq it-traduzzjoni tat-triloġija u b’possibilitajiet ta’ bdil fil-perspettiva lejn din il-metodoloġija. Dan għaliex minkejja l-opinjonijiet ta’ teoristi, li jaqblu jew ma jaqblux magħha, xorta waħda kapaċi sservi ta’ metodu alternattiv biex finalment it-traduttur ikun jista’ jiċċekkja xogħlu u jipproduċi l-aħjar traduzzjoni li jista’ għall-qarrej mira. B’danakollu, jibqa’ jinsaħaq li ma teżisti l-ebda traduzzjoni perfetta u li l-proċess tal-BT kapaċi jilgħab irwol importanti fil-produzzjoni ta’ traduzzjoni li toqrob lejn il-perfezzjoni. F’dan l-istudju t-terminu back-translation jingħata l-ġens femminili għax il-kelma traduzzjoni hija femminili fil-Malti. Dan it-terminu qiegħed jinkiteb bħala kelma komposta f’din it-teżi, kif jiktbuh Richard W. Brislin (1970), Mona Baker (1992) u Tim Parks (2014).
Description: M.A.TRANSLATION
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/34391
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtTTI - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16MATTI001.pdf
  Restricted Access
2.48 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.