Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/34515
Title: Traduzzjoni u analizi ta' xi kapitli mill-ktieb ta' Camilo José Cela, “la familia de Pascual Duarte”
Authors: Briffa, Yesenia
Keywords: Spanish literature -- Appreciation -- Malta
Cela, Camilo José, 1916-2002 -- Familia de Pascual Duarte
Cela, Camilo José, 1916-2002 -- Translations into Maltese -- History and criticism
Issue Date: 2016
Citation: Briffa, Y. (2016). Traduzzjoni u analizi ta' xi kapitli mill-ktieb ta' Camilo José Cela, “la familia de Pascual Duarte” (Master's dissertation)
Abstract: It-teżi ppreżentata hawnhekk hija bbażata fuq it-traduzzjoni letterarja mill-Ispanjol għall-Malti ta‟ xi kapitli mill-ktieb La familia de Pascual Duarte, tal-awtur Camilo José Cela. Flimkien ma' din it-traduzzjoni, se jkun hemm preżenti noti f‟qiegħ il-paġna bbażati fuq il-proċess tat-Think Aloud Protocols, fejn se jiġu murija l-ħsibjiet wara d-deċiżjonijiet li ttieħdu dwar għażliet speċifiċi fit-traduzzjoni finali, kif ukoll kapitlu b‟analiżi ġenerali, maqsum f'kategoriji differenti, skont l-isfidi li kelli niffaċċja tul il-proċess tat-traduzzjoni. Dawn se jkomplu juru kemm it-teoriji u l-għodod għad-dispożizzjoni tat-traduttur (kif ippreżentati fil-bidu tat-teżi), jistgħu jimxu id f‟id u kemm fil-verità huma preżenti f‟dan il-proċess mill-bidu sal-aħħar. Ma jistax jonqos li jiġu ttrattati wkoll ċerti aspetti biografiċi u letterarji dwar l-awtur u l-ktieb magħżul għax żgur li mingħajrhom ikun diffiċli għat-traduttur li jasal għall-interpretazzjoni ġusta tat-test sors. L-iskop ewlieni wara dan ix-xogħol hu li permezz ta' test letterarju ferm prestiġġjuż, titwassal aktar il-kultura Spanjola ġewwa Malta u jinħoloq għarfien aħjar ta' din il-lingwa. Fil-fatt, wara li personalment ġejt esposta kemm-il darba għall-kultura Spanjola, bis-saħħa tal-istudji li wettaqt, sirt aktar konxja li f'Malta, hawn nuqqas ta' għarfien ta' din il-kultura, u tal-letteratura Spanjola inġenerali. L-għażla tat-test waqgħet fuq La familia de Pascual Duarte, peress li diġà kelli għarfien tajjeb tiegħu, u naf fi żgur li b‟għażla għaqlija ta' kapitli differenti, se nkun nista' nuri jew aħjar nintroduċi fil-Malti diversi aspetti tal-kitba Kastiljana. Għaldaqstant se nkun qed nikkonċentra fuq siltiet deskrittivi, narrattivi u d-diskors fit-taħdit. Nista' ngħid għalhekk li l-għarfien tiegħi tal-ktieb flimkien ma' dak li ksibt mit-teorija u l-prattika tat-traduzzjoni, kienu ta' għajnuna kbira sabiex noħroġ bi traduzzjoni mexxejja, b'togħma barranija, u b'analiżi dettaljata tal-proċess involut mill-bidu sal-aħħar.
Description: M.A.TRANSLATION
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/34515
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtTTI - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16MATTI006.pdf
  Restricted Access
1.28 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.