Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37898| Title: | Il-prietki ta’ Ignazio Saverio Mifsud : ghajn ohra ghad-dizzjunarju storiku |
| Authors: | Formosa, Mariano |
| Keywords: | Mifsud, Ignazio Saverio, 1722-1773 -- Sermons Encyclopedias and dictionaries, Maltese Maltese language -- Religious aspects -- Catholic Church Sermons, Maltese -- Malta -- 18th century |
| Issue Date: | 2018 |
| Citation: | Formosa, M. (2018). Il-prietki ta’ Ignazio Saverio Mifsud: ghajn ohra ghad-dizzjunarju storiku (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | Din it-teżina se tinqasam f’erba’ kapitli ewlenin. L-ewwel nett, ħa nagħti ħarsa kritika lejn it-teżi ta’ Reno Fenech, “Il-Prietki Qodma bil-Malti”, flimkien mal-lista sħiħa ta’ teżijiet li ġa saru qabli dwar Ignazio Saverio Mifsud. Fit-tieni kapitlu se nuri x’inhi prietka mil-lenti tal-lingwista David Crystal li stħarreġ il-lingwaġġ tal-prietki bl-Ingliż, filwaqt li nagħmel referenza għall-eqdem prietki bil-Malti illi sibna sal-lum il-ġurnata. Se nagħti ħarsa lejn il-predikaturi ewlenin Maltin bejn it-tieni nofs tas-seklu sbatax u l-ewwel nofs tas-seklu dsatax. Se nitkellem ukoll fuq il-ħajja t’Ignazio Saverio Mifsud u x-xogħlijiet kollha tiegħu li, barra mis-sbuħija u r-rikezza tal-kontenut tagħhom, lingwistikament huma ta’ valur kbir. Li kieku ma kellniex nies kolti bħalu illi preservaw u llegaw xogħlijiethom m’għandniex stampa ċara tas-sitwazzjoni lingwistika f’pajjiżna bejn it-tieni nofs tas-seklu sbatax u l-ewwel nofs tas-seklu dsatax. Permezz ta’ dawn il-predikaturi sirna nafu b’nuqqas ta’ standardizzazzjoni ortografika u b’referenzi kontinwi lejn il-lingwa Taljana fil-kitbiet ta’ dak iż-żmien. Fit-tielet kapitlu se nippreżenta d-dizzjunarju bil-kliem u għamilt dan billi sawwart tabella illi turi x-xebh u d-differenzi bejn il-Malti tas-seklu 18 u l-Malti Modern. Fir-raba’ kapitlu se nagħmel analiżi fonoloġika, morfoloġika, ortografika, lessikali u semantika ta’ għadd ta’ kliem interessanti illi joħroġ minn din l-analiżi, filwaqt li ddiskutejt l-istil illi jikteb bih Mifsud. Tkellimt ukoll dwar arkajiżmi illi sibt f’dawn il-prietki, kliem u forom obsoleti li ntilfu jew bidlu l-forma tagħhom maż-żmien. Wara din it-teżi nixtieq illi din il-ġabra u t-teżijiet l-oħra li diġà saru fuq il-prietki ta’ Mifsud jiffurmaw dizzjunarju b’dan il-kliem biex jgħinu fir-riċerka u studji oħrajn rigward il-Malti antik. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37898 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2018 Dissertations - FacArtMal - 2018 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 18BAMAL011.pdf Restricted Access | 1.45 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
