Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/3921
Title: Ir-reġistru tal-futbol fl-ilsien Malti
Authors: Attard, Keith (2011)
Keywords: Terminology
Maltese language -- Terms and phrases -- Dictionaries
Sports journalism -- Malta
Soccer -- Malta
Issue Date: 2011
Abstract: Id-dinja tal-isports hija internazzjonali u tattira ħafna nies, kemm biex jilagħbuh u wisq aktar biex isegwuh. Il-futbol, aktar minn sports ieħor, hu meqjus bħala l-aktar logħba eċitanti u mhux sorpriża li tisma’ lil min jgħid li hu l-aktar sport famuż madwar id-dinja kollha. Fil-fatt, fl-1994 il-finali bejn ilBrażil u l-Italja rawha aktar minn żewġ biljun ruħ, (Luxbacher IV, preface) u fl- 2010, il-FIFA stenniet li t-Tazza tad-Dinja fl-Afrika t’Isfel kellha tkun l-aktar avveniment segwit fuq it-televiżjoni fl-istorja (“2010 FIFA World Cup - Broadcasting.”). Hu sport internazzjonali għal kulħadd li ma jagħmilx distinzjoni bejn il-klassijiet soċjali, l-etajiet u l-edukazzjoni li wieħed ikollu, imma ħafna huma n-nies li jsegwuh u jiħduh bħala l-passatemp tagħhom. “Illum il-ġurnata kbar u żgħar, għorrief u injoranti, foqra u sinjuri, ma fadalx min ma jiddilettax bl-imbierek ta’ futbol” (“Floriana 2nd XI vs Msida Rangers 2nd XI” Football.) Aktar ma għadda żmien, il-futbol aktar ġibed nies warajh. Permezz talattendenzi numerużi li jkun hemm fil-grawnds, bil-pika li tinbet bejn ittimijiet, bid-diskors ta’ kuljum fuq il-futbol fil-każini, fil-bars, fid-djar u fliskejjel, naraw kemm huma għatxana biex jaraw x’qed jiġri f’din id-dinja. Ilgazzetti, ir-radju, it-televizjoni, u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, kienu l- 12 għodda biex l-isport jiġi rriklamat u biex il-pubbliku jiġi infurmat b’dak li kien qed jiġri. B’hekk, matul iż-żmien, il-futbol inġieb ’il quddiem. F’Malta dan il-bżonn inħass ukoll u grazzi għal din ir-relazzjoni pożittiva bejn il-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-isport, il-pubbliku seta’ jgawdi u jsib dak li kien qed ifittex. Fil-fatt Paul Hoch jgħid li maż-żmien l-isport kien ilpunt ta’ referenza biex jinbiegħu l-gazzetti: “Sports became the decisive promotional device for selling popular newspapers, and newspapers were the decisive promotional device for selling sport spectacles” (Wenner). Tant kemm l-isport kien u għadu popolari f’Malta li nħass il-bżonn li anki gazzetti sportivi barranin, bħal Corriere dello Sport mill-Italja u British Football mill-Ingilterra jinġiebu hawn Malta. Madanakollu, x’jistgħu jkunu lproblemi li jiffaċċjaw il-ġurnalisti sportivi, u xi sfidi qed jiltaqgħu magħhom ilkummentaturi tal-futbol?
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/3921
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL002.pdf
  Restricted Access
3.22 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.