Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/41367
Title: Storja u gharfien : Il-Maltin min huma?
Other Titles: L-identita` kulturali ta' Malta : kungress nazzjonali, 13-15 ta' April 1989
Authors: Frendo, Henry
Keywords: National characteristics, Maltese
Nationalism -- Malta
Malta -- History
Maltese
Maltese language
British -- Malta -- History
Malta -- Politics and government
Nation-state
Issue Date: 1989
Publisher: Government of Malta. Department of Information
Citation: Frendo, H. (1989). Storja u gharfien : Il-Maltin min huma?. In T. Cortis (Ed.), L-identita` kulturali ta' Malta : kungress nazzjonali, 13-15 ta' April 1989 (pp. 17-33). Valletta: Department of Information.
Abstract: Waqt il-quddiesa Awstraljana l-kredentj iċċelebra d-dubju meta jkanta dan il-kliem: "Huwa dan jien, Mulej?" Hi mistoqsija li tapplika għall-bniedem individwali daqskemm għal poplu shih. Fil-każ individwali jaf ikun hemm relazzjoni personali ma' essri suprem, mentri l-imhallef terrestri m'hu ħadd hlief l-individwu nnifsu. Allura meta nitkellmu fuq kollettivita', jew soċjeta', mnejn se nibdew nagħarfuha, u nħażżu xi identiti-kit tagħha? Il-Malti anzi jgħid "mitt bniedem mitt fehma" (għad li fil-milja taż-żmien,jekk mhux ukoll fil-ħajja ta"kuljum, xejn majġib ruħu hekk). Min dejjem għex fl-istess post, jaf jara - jew mingħalih li jara - lilu nnifsu Il-oħrajn ta' madwaru li jidhru bħalu u allura lanqas tant jistaqsi għala jew kif. Iżda min, ghal raġuni jew oħra, sab ruħu Il-emigrazzjoni, kellu jfittex il-mera Gew imqar biċċa ħġieġa) ħalli bħas-serv ta' Robinson Crusoe jara wiċċu,jara kif jidher hu u kif jidher ukoll quddiem l-oħrajn li mhux dejjem kienu bhalu jew għarfuh. Fi kliem iehor l-emigrat iħoss il-ħtieġa iktar forsi minn ħadd ieħor li jagħraf lilu nnifsu fuq il-livell kommunitarju xejn inqas milli fuq dak individwali. X'aktarx ukoll li għex id-diffikulta' kultant kattiva li tqarreb jew tbiegħed dawn it-tnejn f'soċjeta' li m' hix dik proprja tiegħek.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/41367
Appears in Collections:L-identita` kulturali ta' Malta : kungress nazzjonali, 13-15 ta' April 1989

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Storja_u_gharfien_Il-Maltin_min_huma_1989.pdf788.57 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.