Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/41740
Title: Lehen l-Art Imqaddsa
Authors: Magro, Nikola
Keywords: Religious newspapers and periodicals -- Malta
Palestine -- In Christianity
Palestine -- In the Bible
Issue Date: 1955
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Magro, N. (1955). Lehen l-Art Imqaddsa. Lehen l-Art Imqaddsa, 1(1), 1-4.
Abstract: Hu l-isem li bih gie mghammed dan il-Qari gdid, li ghandkom f'idejkom. F'kull stagun tas-sena, behsiebu jigi jzurkom bil-hsieb li jnissel fikom xi ftit minn dak id-dawl u mhabba, li l-Mulej xerred fuq l-erwieh mill-art tal-Palestina. Bhalma mill-gholi tas-smewiet id-dwal jinxterdu fuq l-art u, b'dawk l-imriezaq imdehbin u jilmaw li hergin mix-xemx, b' dawk l-ilwien imzewqin u jiddu li jarmu l-qamar u l-kwiekeb, jinfirxu fuq il-hwejjeg, jaghtuhom il-hajja u jahjuhom, hekk mill-art tal-Palestina jinxtered u jinfirex ma' kullimkien id-dawl tal-fidi nisranija, li bil-grajjiet minn Alla mwettqa, terfa' r-ruh 'il fuq u timla l-qalb bit-tama fuqanija. Minn Alla n-nifsu hi msejha ART IMQADDSA (Exod. 3)I ghax fiha graw u gew imwettqa' l-weghdiet bikrija tal-Mulej. Fiha nibtet il-hajja, li fl-erwieh giet imlaqqma minn DAK li f'guf ta Xbejba safja tgharras mas-sura tal-bniedem, u li hemm ukoll twieled, ghex u miet, fil-waqt li rebha gieb fuq il-mewt. Ghal hekk hi, il-Palestina, hi l-art l-iktar ghaziza ghal gens il-bniedem: hemmhekk twaqqfu t- tradizzjonijiet li jigbru fihom kull twemmin xieraq ghan-natura tal-bniedem, li jdommu minnhom infushom Grajja ta' tifkiriet, mhux le minsugin bi hlieqi u hrejjef ta' ebda siwi, imma msejsin u mibnijin tabilhaqq fuq is-sewwa u li jixhdu s-setgha, l-gherf u t-tjeba tal-Mulej, li biha dejjem ghen u mexxa lill-bniedem u lill-gnus sa mill-bidu tal-holqien. Il-Palestina! Art Imqaddsa! Art Imbierka! Hemm, go fiha twieldu u ghexu l-Kbar li huma l-gieh ta' gensna; u hemm il-Mulej lilhom kellem u gharraf ir-ridiet tieghu. Nieqa ta' gens il-bniedem, li fiha tmisslu, wara Adam u Eva, il-Patrijarki Noe, Abram, Izhak u Gakob; fiha hakmu s-Slaten Sawl, David u Salamun, hemmhekk wettqu u temmu hidmithom il-Profeti Izaija, Geremija, Ezekjeli, Danjeli, ma' ohrajn maghzulin u mahbubin mill-Mulej, bhalma kienu Gobb, Tobija, Guditta, Ruth u, imbaghad, it-tnax l-Appostlu, Elizabetta u Mariia, bint Anna u Gakkinu. Imma fuq kollox, Art Qaddisa, ghax fiha twieled, ghammar, hadem, ghex u miet Gesu. Il-Palestina hi l-pajjiz ta' Gesu, Bniedem-Alla!
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/41740
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Ghadd 01 : Jannar-Marzu : 1955
Lehen l-Art Imqaddsa : Ghadd 01 : Jannar-Marzu : 1955

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Lehen_l-Art_Imqaddsa_1955.pdf7.08 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.