Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/44391
Title: Mużika Marjana fix-xogħlijiet ta’ Mro. Carmelo Pace (1906-1993) : f’għeluq il-25 sena minn mewtu
Authors: Pirotta, Manoel
Keywords: Pace, Carmelo, 1906-1993
Composers -- Malta -- 20th century
Mary, Blessed Virgin, Saint -- Songs and music
Hymns -- Analysis, appreciation
Issue Date: 2018
Publisher: Gudja : Għaqda Mużikali Marija Assunta
Citation: Pirotta, M. (2018). Mużika Marjana fix-xogħlijiet ta’ Mro. Carmelo Pace (1906-1993) : f’għeluq il-25 sena minn mewtu. Festa Madonna taċ-Ċintura, Gudja, 2018, 109-113
Abstract: Fil-ktieb tal-festa titulari ta’ dis-sena ktibtilkom artiklu ferm sabiħ bl-isem ta’ ‘Tislima lil Marija’ li jittratta l-Ave Maria (1941) tas-surmast Naxxari Ġużeppi Fenech (1917-2010). Għaldaqstant, għall-okkażjoni tal-festa tal-Madonna taċ-Ċintura, għażilt li nkompli nitratta das-suġġett billi nikteb dwar l-għadd imdaqqas ta’ mużika marjana li ħarġet mill-pinna tas-surmast prolifiku Malti, Carmelo Pace (1906-1993). Dan qed nagħmlu mhux biss fl-okkażjoni ta’ għeluq il-25 anniversarju minn mewtu, iżda wkoll biex insellem il-memorja tiegħu bħala għalliem tal-mużika li tiegħu jiena kont wieħed mill-ħafna u ħafna studenti li tħarrġu mingħandu. Għadni niftakar qisu lbieraħ indoqq klarinett sekond fil-kunċerti vokali u strumentali mtellgħin mill-Istitut Kulturali Malti taħt il-bakketta anzjana tiegħu ġewwa s-sala tal-ballu tal-lukanda Phoenicia, il-Furjana. Niftakar ukoll li meta tħabbret il-mewt tiegħu li ġrat fl-20 ta’ Mejju 1993 kont għadni student tar-raba’ sena fil-konservatorju superjuri ta’ Lyon, Franza. U dlonk ħsiebi ttajjar għal dak iż-żmien meta kont nidderieġi xi xogħol orkestrali tiegħu mal-orkestra tal-Istitut Kattoliku , fosthom il-famuża Maltesina (1931).
Description: This article includes the following images : Mro. Carmelo Pace (Oct 1984) - Madonna tac-Cintura - Mro. Manoel Pirotta
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/44391
Appears in Collections:Scholarly Works - JCMus

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Muzika Marjana 2018 OAR.pdf274.49 kBAdobe PDFView/Open
Mro. Carmelo Pace (Ottubru 1984).jpg1.97 MBJPEGView/Open
Il-Madonna tac-Cintura.jpg506.4 kBJPEGView/Open
LMusLCM vi.1985.jpg267.34 kBJPEGView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.