Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/47992
Title: Analiżi tal-iżbalji ortografiċi fil-komponiment tal-eżami annwali tal-ħames sena (Ġunju 2017) u tal-eżami tas-sitt sena (Frar 2018) primarja
Authors: Bezzina, Julia
Keywords: Examinations -- Malta
Maltese -- Study and teaching
Maltese language -- Orthography and spelling
Language and languages -- Examinations
Issue Date: 2019
Citation: Bezzina, J. (2019). Analiżi tal-iżbalji ortografiċi fil-komponiment tal-eżami annwali tal-ħames sena (Ġunju 2017) u tal-eżami tas-sitt sena (Frar 2018) primarja (Bachelor’s dissertation).
Abstract: It-taħdit u l-kitba huma ż-żewġ għejun prinċipali li jsawru l-lingwa. Semmejt it-taħdit l-ewwel mhux b’kumbinazzjoni iżda bi skop, għax il-kelma l-ewwel toħroġ mill-fomm, imbagħad mill-id. Minkejja li, skont Carmel Azzopardi (2003) is-sura miktuba għandha rwol sekondarju lingwistiku, il-kitba nistgħu nqisuha bħala “żvilupp importanti fuq l-element bażiku” tat-taħdit (ix). Il-kitba mhux biss timbotta l-iżvilupp tal-lingwa imma tgħinha tilħaq il-quċċata tagħha permezz tal-letteratura. Għalhekk, l-ortografija, bir-regoli stabbiliti tagħha, tingħata l-attenzjoni li jistħoqqilha, bla ma titnaqqas, però, l-importanza tal-lingwa mitkellma. L-etimoloġija tal-kelma ortografija turina li din ġejja minn żewġ kelmiet Griegi: orthos li tfisser ‘sewwa’ u graphein li tfisser ‘tikteb’. Għaldaqstant, l-ortografija mhi xejn għajr ġabra ta’ sinjali f’sistema msejsa fuq regoli maqbula li tgħinna nesprimu dak li għandna f’moħħna u f’qalbna. Diversi studjużi għandhom ideat kuntrastanti dwar il-kunċett ta’ ‘ortografija’. Filwaqt li Pike (1967) u Kress (1997), ngħidu aħna, isostnu li l-ortografija għandha x’taqsam mal-mod kif niktbu tajjeb, Sebba (2007) hu tal-fehma li l-ortografija tmur lil hinn minn elementi lingwistiċi bħall-fonetika, iżda hi marbuta wkoll mal-komunità li titkellem lingwa partikolari u mal-kultura tagħha. L-idea ta’ Sebba tidher sew fl-istorja tal-ortografija tal-Malti li, kif se nfisser iktar ’il quddiem, għaddiet minn proċess twil sakemm qabdet l-għeruq. Kien meħtieġ li lalfabett tagħna jingħata bixra tassew Maltija; biex dan isir ried jinfatam mill-kitba Latina u Taljana li kienu l-bażi tal-kultura tagħna. Kien għalhekk, infatti, li, mill-bidu nett, lewwel regoli tat-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija tal-1924 jagħmluha ċara li “Kull ittra konsonanti tal-Alfabett għandha tidher għal leħen wieħed” u għalhekk niktbu nikser mhux nixer (fejn fil-Latin l-ittra x tinstema’ ks, bħal fil-kelma pax), u “Kull leħen għandu jitfisser b’ittra konsonanti waħda, jew b’sura ta’ konsonanti waħda” u għalhekk niktbu dinja u mhux digna; xkupilja u mhux xkupiglia/xkupiglja; kċina u mhux chċina. Briffa (1989) jispjega kif dawn ir-regoli, iżda, huma mill-ewwel kwalifikati b’regoli oħrajn li permezz tagħhom il-konsonanti radikali jridu jinżammu dejjem (il-kriterju fonoloġiku u anke storiku) u fl-istess ordni (il-kriterju morfoloġiku). Ikompli jfisser li dan il-kriterju tal-aħħar jitlob għarfien tajjeb tar-regoli u joqrob aktar lejn l-etimoloġija milli lejn ilpronunzja tal-kelma, bħal fil-każ tal-kelma kollha/kolla li faċilment wieħed jista’ jħawwadhom jekk ma jkunx jaf sew kif u minn fejn huma mnisslin (p. 378). Azzopardi (2003) iżid ma’ dan u juri kif fl-istess alfabett jeżistu każi fejn “l-istess ħoss jiġi rrappreżentat bi grafemi varji” bħall-ħoss ħ li niktbuh għ fi qligħ, h f’ikrah, u għh f’tagħha; il-ħoss w li niktbuh għ f’maqlugħa u h fi bluha; u l-ħoss j li niktbuh j f’tajra, għ f’wiegħed, jew h f’fiehem. Għalhekk, fit-tħaddim ta’ dawn is-simboli li jsawru l-alfabett, tajjeb niftakru li l-kliem miktub għandu jinżamm separat mill-mod kif nitkellmu.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/47992
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL006.pdf
  Restricted Access
1.56 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.