Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48327
Title: Il-varjazzjoni lessikali : stħarriġ f’sitt lokalitajiet f’Malta
Authors: Ciantar, Elysia
Keywords: Sociolinguistics -- Malta
Maltese language -- Dialects
Language and languages -- Variation -- Malta
Issue Date: 2019
Citation: Ciantar, E. (2019). Il-varjazzjoni lessikali : stħarriġ f’sitt lokalitajiet f’Malta (Bachelor’s dissertation).
Abstract: L-għan ta’ din it-teżina huwa li nistħarreġ il-varjazzjoni lessikali f’sitt lokalitajiet madwar Malta, tlieta min-naħa ta’ fuq tal-gżira, il-Mosta, is-Siġġiewi u r-Rabat, u tlieta min-naħa t’isfel, l-Isla, Marsaxlokk u ż-Żurrieq. B’mod partikolari, permezz ta’ intervisti ma’ 240 ruħ ta’ 60 sena ’l fuq, nanalizza lessiku bażiku li ġej minn oqsma ġenerali bħall-ikel, l-ilbies u oġġetti li nsibu ddar biex nara kif ivarja minn lokalità għal oħra. Din it-teżina tinqasam fi tliet kapitli. L-ewwel kapitlu hu magħmul minn żewġ partijiet ewlenin. Fl-ewwel parti nagħti ħarsa introduttorja lejn is-soċjolingwistika u l-varjazzjoni lingwisitika, u niddiskuti t-tliet varjabbli soċjolingwistiċi l-aktar rilevanti għall-istudju tiegħi, li huma s-sess, l-età u lġeografija. Fit-tieni parti nitkellem dwar il-varjazzjoni lingwistika fil-Malti billi nittratta l-livelli differenti li fihom nistgħu nsibu l-varjazzjoni. Niffoka l-aktar fuq il-varjazzjoni lessikali, li hija t-tema ewlenija tal-istudju tiegħi. Fit-tieni kapitlu nippreżenta l-metodu li użajt għal dan l-istħarriġ flimkien ma’ deskrizzjoni tal-proġett “Djaletti” li tagħmel parti minnu din it-teżina. F’dan il-kapitlu nagħti deskrizzjoni tal-għażla tal-istampi li ntużaw fil-kwestjonarju lessikali, tal-parteċipanti u tal-irħula li minnhom intgħażlu l-parteċipanti. Insemmi wkoll xi diffikultajiet li ltqajt magħhom waqt l-intervisti u kif dawn, kull fejn kien possibbli, ġew evitati.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48327
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL016.pdf
  Restricted Access
4.09 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.