Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48409
Title: Traskrizzjoni u analiżi ta’ prietki qodma bil-Malti ta’ Patri Fidiel
Authors: Cutajar, Kimberly
Keywords: Fidiel, Patri, 1762–1824 -- Criticism and interpretation
Maltese language -- Religious aspects
Catholic Church -- Sermons -- History and criticism
Issue Date: 2019
Citation: Cutajar, K. (2019). Traskrizzjoni u analiżi ta’ prietki qodma bil-Malti ta’ Patri Fidiel (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Il-proċess tal-bidla f’kull lingwa jrid jiġi analizzat mhux biss fejn tidħol il-lingwa li nitkellmu iżda wkoll il-lingwa li biha niktbu. Meta nħarsu lejn dokumenti iżjed qodma tal lingwa Maltija, nindunaw li l-istorja tal-Malti hija waħda qadima u rikka. B’hekk nistgħu napprezzaw iżjed l-iżvilupp li sar, kif ukoll nieħdu viżjoni ċara u nifhmu t-tip ta’ ħajja li kienu jgħixu fiha ta’ qabilna. Illum il-ġurnata, il-qasam tal-predikazzjoni ma jitqiesx importanti daqs dokumenti qodma oħra iżda fil-fatt jgħin ħafna biex ikollna stampa sħiħa ta’ dak li nkiteb bil Malti fis-sekli ta’ qabilna. Reno Fenech fil-kitbiet tiegħu jenfasizza li l-prietki huma meqjusin bħala l-eqdem proża bil-Malti (Fenech viii). S’issa ġew studjati ħafna prietki ta’ Ignazio Saverio Mifsud (Joseph Zammit Ciantar) u Franġisku Saverju Baldacchino (Oliver Friggieri) iżda Kapuċċin li kien eċċellenti fil-qasam huwa Patri Fidel. Għalkemm ma nafux wisq fuqu, il mod ta’ kif jikteb instigani biex inkompli b’iżjed ħeġġa din it-tiftixa tiegħi, bl-għan li l-analiżi lingwistika tal-kliem tkun ta’ kontibut għall-istorja tal-lingwa Maltija. Din it-teżina se tinqasam f’erba’ taqsimiet. Fl-introduzzjoni ġbart flimkien ix-xogħlijet li kiteb Patri Fidiel kif ukoll tajt ħarsa kritika ta dak kollu li kittieba oħra kitbu dwaru. Fl ewwel taqsima se ninkludi l-esperjenza tiegħi fir-riċerka. Ir-riċerka kienet parti essenzjali minn din it-teżina u allura se nuri dak kollu li jien esperjenzajt u ġbart minnha, b’mod speċjali t-tliet kwadri ta’ Patri Fidiel li rnexxieli niġbor f’teżina waħda.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48409
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL019.pdf
  Restricted Access
7.77 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.