Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48411| Title: | Aspetti lingwistiċi fil-kitbiet ta’ Manwel Dimech |
| Authors: | Cilia, Deborah |
| Keywords: | Dimech, Emmanuel, 1860-1921 -- Criticism and interpretation Sociolinguistics -- Malta -- History -- 19th century Sociolinguistics -- Malta -- History -- 20th century Politics and literature -- Malta -- History -- 19th century. Politics and literature -- Malta -- History -- 20th century. |
| Issue Date: | 2019 |
| Citation: | Cilia, D. (2019). Aspetti lingwistiċi fil-kitbiet ta’ Manwel Dimech (Bachelor’s dissertation). |
| Abstract: | Manwel Dimech ħalla impatt qawwi bl-ideoloġiji tiegħu li kienu prevalenti fl-Ewropa imma avangardisti fil-kuntest Malti. L-għan ewlieni ta’ kitbietu ma kienx lingwistiku imma aktar soċjali u politiku. Dimech kellu jbati għall-ideoloġiji u l-azzjonijiet tiegħu għaliex hu kien persistenti, minħabba li kien jemmen bis-sħiħ li kull bniedem huwa ugwali u inferjuri biss għal Alla (Buhagiar 2). L-importanza tal-lingwa fix-xogħlijiet ta’ Dimech toħroġ l-aktar fis sens nazzjonalistiku tiegħu, bħala mezz biex iġiegħel lill-poplu jirrealizza li hu kien qiegħed jiġi ttrattat ħażin minn dawk li kienu qegħdin jaħkmuh. Huwa pprova jxejjen il-mentalità li kellhom il-Maltin ta’ żmienu li huma kienu poplu inferjuri, mentalità li l-ħakkiema daħħluhielhom f’moħħhom għax hekk kien jaqbel lilhom (Buhagiar 10). Barra minn hekk, Dimech kien jisħaq kemm-il darba fuq l-importanza li jiġi standardizzat l-alfabett Malti sabiex il-Maltin ikollhom għodda li jistgħu jikkomunikaw biha. Dimech esprima l-ħsibijiet tiegħu dwar kif kellu jkun l-alfabett Malti u ta r-raġunijiet tiegħu għal dawn l-ideat. Bil-għan li jwassal l-ideali tiegħu, fil-kibiet tiegħu l-aktar dawk ġurnalistiċi, Dimech għaraf juża diversi aspetti u tekniki tal-lingwa. Dan jidher mill-fatt li, flimkien mal għodod lingwistiċi, hu kien juża diversi għodod retoriċi, bħall-mistoqsijiet retoriċi u r- ripetizzjonijiet (Boffa 13 u Romaine 23). Dimech kien ukoll innovattiv f’kitbietu billi kien joħloq bosta kliem, uħud minnhom mnemoniċi, sabiex il-qarrej jibqa’ jiftakarhom u jkun faċli li wieħed jassoċja l-kunċett mal kelma. Iżda xi wħud jista’ jkun li kienu ażżardati żżejjed u din setgħet kienet ir-raġuni għala dawn l-innovazzjonijiet ma daħlux fil-lingwa u llum intesew. Naturalment, hawn jgħodd ukoll il-fatt li hu ma kellux il-mezzi biex iwassal l-innovazzjonijiet tiegħu aktar milli sempliċiment ixandarhom fil-gazzetta jew fil-kotba tiegħu. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48411 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2019 Dissertations - FacArtMal - 2019 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 19BAMAL017.pdf Restricted Access | 1.21 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
