Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48422
Title: Evalwazzjoni tar-rabta tad-djalettiżmi mal lokalitajiet kif murija fix-xogħlijiet tal-lingwa
Authors: Debono, Nicole
Keywords: Maltese language -- Dialects
Maltese language -- Dialects -- Morphology
Maltese language -- Semantics
Issue Date: 2019
Citation: Debono, N. (2019). Evalwazzjoni tar-rabta tad-djalettiżmi mal lokalitajiet kif murija fix-xogħlijiet tal-lingwa (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Meta ġejt biex nagħżel il-qasam għall-istudju tiegħi, mill-ewwel kont naf li ridt naħdem fuq l-aspett dijakroniku tal-lingwa. L-interess tiegħi fil-lingwa żdied matul is snin li qattajt l-Università fejn ġejt esposta għal varjetajiet differenti, li fija nisslu apprezzament u rispett għad-djaletti Maltin u Għawdxin. S’issa qatt ma kien hemm xogħol bl-għan li jiġbor il-vuċijiet djalettali, magħrufa mal-gżejjer ta’ Malta u Għawdex. Minflok, insibu xogħlijiet tal-istudenti li kkonċentraw fuq qasam wieħed u eżaminaw il-lessiku u/jew il-pronunzja skont ir reġjun, fosthom tal-Belt (Grioli, 2016), ta’ Ħaż-Żebbuġ (Bonanno, 2014), Ta’ Sannat (Farrugia, 2010), ta’ Marsaxlokk (Incorvaja, 2007), kif ukoll oqsma lessikali ta’ snajja’ u delizzji, bħall-ħelu (Rapa, 1995), il-friefet (Busuttil, 1989), u x-xagħar (Busuttil, 2013). Iddeċidejt, għaldaqstant, biex nibni xogħol illi m’għandux ikun biss għajn oħra tad-djalettiżmi, imma għandu jservi bħala tentattiv għall-preservazzjoni tagħhom. Huwa xogħol li jippreżenta l-kliem djalettali ddokumentati f’diversi xogħlijiet ippubblikati u li jevalwa l-preżenza ta’ numru minnhom. Xogħol bħal dan twettaq billi kkunsidrajt xogħlijiet ta’ natura akkademika li studjaw id-djaletti. Id-dizzjunarju ta’ Aquilina huwa s-sors ewlieni tad-djalettiżmi u minnu jinħareġ kampjun li jiġi eżaminat u ttestjat. Dan sar bl-iskop li l-perċezzjonijiet ta’ Aquilina jiġu sfidati, ngħidu aħna, kelma djalettali titlissen u tintrabat ma’ post wieħed biss, kif jindika hu? Apparti d-dizzjunarju, xogħlijiet oħra ta’ diversi studjużi, bħal Dionisius Agius, Keith Attard u Michael Spagnol, kif ukoll it-teżijiet li għandhom id-djalett fil-qalba tagħhom, sawru l-ġabra finali.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48422
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL020.pdf
  Restricted Access
1.08 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.