Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48463
Title: Il-laqam personali : analiżi lingwistika
Authors: Deguara, Abigail
Keywords: Nicknames -- Malta
Sociolinguistics -- Malta
Names, Personal -- Malta
Issue Date: 2019
Citation: Deguara, A. (2019). Il-laqam personali : analiżi lingwistika (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Din it-teżina hija l-ewwel studju li jipprovdi analiżi morfosintattika dettaljata tal-forma tal-laqmijiet personali Maltin, kemm dawk ta’ individwi u kemm dawk ta’ familji u razez. Xogħlijiet oħra ġeneralment jagħtu ġabra ta’ laqmijiet minn lokalitajiet varji u, l-aktar l-aktar, jagħmlu xi osservazzjonijiet fuq xi jfissru u mnejn setgħu tnisslu. Għall-kuntrarju, l-istudju preżenti għandu l-għan ewlieni li jistħarreġ kampjun ta’ laqmijiet personali Maltin skont il-binja tagħhom. Il-laqmijiet jaqgħu fi tliet kategoriji prinċipali: dawk magħmulin minn kliem eżistenti, bħal Tal-Basal, dawk magħmulin minn kliem aktarx ivvintat, li mhu mniżżel fl-ebda dizzjunarju, bħal Ta’ Minġamm, u oħrajn li jinbnew fuq bażi lessikali u suffiss li ssoltu ma jintrabatx ma’ dik il-bażi, bħal Tal-Praċetta. F’dan l-istudju niffoka fuq il-laqmijiet tal-ewwel tip, imma fl-aħħar taqsima tal-analiżi nistħarreġ ukoll xi wħud tat-tielet tip. Il-laqmijiet tat-tieni tip mhux faċli tinterpretahom u tanalizzahom, allura f’dan ixxogħol nagħmel biss referenza għal xi ftit minnhom fit-taqsimiet dwar il-ġens grammatikali u l-irduppjar fil-laqam. It-teżina hija maqsuma f’erba’ kapitli. Fl-ewwel kapitlu nagħti ħarsa ħafifa lejn il-lingwistika tal-laqmijiet b’mod ġenerali, jiġifieri, ma niffukax fuq il-laqmijiet Maltin imma fuq x’inhu l-laqam bħala qasam lingwistiku tista’ tgħid universali, x’forom jista’ jkollu u għaliex jintuża. Fit-tieni kapitlu niddiskuti x-xogħlijiet li nkitbu fuq il-laqam Malti jew li b’xi mod inkludew il-laqmijiet Maltin. Minkejja li f’dan l-istudju niffoka fuq il-laqmijiet personali, hawnhekk niddiskuti wkoll ix-xogħlijiet li jinkludu laqmijiet oħrajn, fosthom talbaned u tal-postijiet. Fit-tielet kapitlu, dak tal-metodoloġija, niddiskuti l-għażla tal-laqmijiet mir-reġistru elettorali tal-1947 u minn kotba, artikli u siti elettroniċi. Minnhom nanalizza kampjun ta’ laqmijiet personali minn diversi lokalitajiet f'Malta, b'mod speċjali minn Birkirkara, ilMellieħa, l-Imqabba, il-Birgu, San Pawl il-Baħar u r-Rabat, Malta. Fl-aħħar tal-kapitlu nsemmi d-diffikultajiet li ltqajt magħhom tul ir-riċerka, fosthom l-ortografija żbaljata filkitba tal-laqmijiet. L-aħħar kapitlu jiġbor fih l-analiżi tat-teżina, li fiha nistħarreġ il-laqmijiet lessikali magħżula u noffri tipoloġija tagħhom billi nikklassifikahom skont għadd ta’ elementi, bħall-binja tagħhom u l-kategoriji grammatikali li l-komponenti varji jaqgħu taħthom. Inħares ukoll lejn iż-żidiet li jieħdu fil-bidu, partikolarment l-artiklu u l-prepożizzjoni ta’, u lejn diversi proċessi ta’ rduppjar li jidhru f’xi wħud minnhom. B’kollox, nanalizza madwar 730 laqam lessikali li nippreżentahom f’numru ta’ tabelli mqassma skont il-karatteristiċi grammatikali li nistħarreġ.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48463
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL021.pdf
  Restricted Access
1.25 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.