Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48544
Title: Il-prietki ta’ Patri Fidiel : għajn oħra għad-dizzjunarju storiku
Authors: Frendo, Martina
Keywords: Fidiel, Patri, 1762–1824 -- Criticism and interpretation
Fidiel, Patri, 1762–1824 -- Sermons
Sermons, Maltese -- 18th century -- History and criticism
Issue Date: 2019
Citation: Frendo, M. (2019). Il-prietki ta’ Patri Fidiel : għajn oħra għad-dizzjunarju storiku (Bachelor’s dissertation).
Abstract: L-għan ewlieni ta’ din it-teżi huwa li nagħti kontribut lid-dokumentazzjoni tal Malti storiku. Kulma jmur qiegħed jikber l-interess fil-konservazzjoni tiegħu. Il-ġeneru tal-prietki joffri rikkezza kbira biex wieħed jistudja l-bidliet li l-lingwa tgħaddi minnhom. Fl-istess waqt, hija realtà li dokumenti uniċi bħal dawn jinsabu taħt it-theddida taż-żmien innifsu. Mill-banda l-oħra il-qedem tagħhom jagħtihom il-preġju li jistħoqqilhom. Dan il qasam ta’ studju kien jinteressani qabel ma dħalt għall-kors, u nħoss li l-imħabba għat tiftix u l-iskoperta ta’ dawn id-dokumenti kibret fija tul dawn it-tliet snin. Għaldaqstant tħajjart nanalizza tliet prietki miktuba minn Patri Fidiel bejn tmiem is-seklu tmintax u l bidu tas-seklu dsatax. Dan ix-xogħol li qiegħda nippreżenta jaqbad tliet prietki minn disgħa miktuba b’Malti elokwenti. Waħda tinsab fl-Arkivju tal-Katidral l-Imdina u t-tnejn l-oħra jinsabu għand is-Sa Marguerite Herrera, bint it-tabib Ġużè Galea, li b’idejn miftuħa tat lili u lill kollegi tiegħi Kimberly Cutajar u Roberta Saliba (li ħadmu fuq is-sitt prietki l-oħra bil Malti) l-aċċess għall-arkivju privat ta’ missierha biex nagħtu ħajja lil dan il-predikatur. L iktar parti intensiva tat-teżi kienet ir-riċerka li titlob ħafna sigħat ta’ ħidma u analiżi bir reqqa, imma li twasslek biex taħsad il-frott. Nista’ ngħid li x-xogħol li ħadt tani sodisfazzjon speċjalment meta bdejt ngħaqqad il-profil ta’ Patri Fidiel innifsu.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48544
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL025.pdf
  Restricted Access
7.72 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.