Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48545
Title: L-imħabba fil-poeżija ta’ Maria Grech Ganado
Authors: Galea, Sean
Keywords: Grech Ganado, Maria, 1943- -- Criticism and interpretation
Love in literature
Maltese poetry -- 21st century
Sex in literature
Issue Date: 2019
Citation: Galea, S. (2019). L-imħabba fil-poeżija ta’ Maria Grech Ganado (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Din it-teżi tistħarreġ il-manifestazzjoni tal-imħabba fil-poeżija ta’ Maria Grech Ganado, tema li hija ferm preponderanti fil-kitba tagħha. Għalkemm il-lirika ta’ din il poetessa tinkorpora diversi xejriet ta’ mħabba, fosthom dik għall-pajsaġġ, dan l- istudju jittratta biss l-imħabba ta’ bejn raġel u mara. Ġiet mogħtija preċedenza proprju lil din it-tema minħabba li Grech Ganado tippreżentaha minn perspettivi differenti, u għalhekk kien possibbli li nirrestrinġi r-riċerka għal dan il-qasam partikolari. Fil-fatt, minkejja li l-poetessa tagħti prominenza lill-uġigħ emozzjonali, hemm ukoll poeżiji li jistħarrġu l-imħabba minn aspett pożittiv. Għaldaqstant, l-ewwel kapitlu se jiskrutinja d-diżillużjoni li ġġarrab il-figura femminili wara li din tkun għamlet numru ta’ snin miżżewġa. Id-diżappunt tagħha huwa attribwit lill-komportament deludenti tal-figura maskili. Infatti, it-tieni taqsima se tistħarreġ il-lament tal-mara meta din tisfa’ rroftata minħabba d-deterjorament fiżiku li ġġarrab. L-istat problematiku tagħha se jiġi amplifikat permezz tal identifikazzjoni ta’ dawk l-irwoli li jkunu attribwiti awtomatikament lilha. L-għażla ta’ dawn iż-żewġ komponenti kienet istintiva peress li huma fatturi universali. F’komplementarjetà mad-devalutazzjoni u l-faċendi li huma imposta fuq il-figura femminili, it-taqsima aħħarija ta’ dan il-kapitlu se tittratta l-promiskwità bħala fattur li għalih huwa ferm suxxettibbli r-raġel. Fil-fatt, id-dgħufija tal-figura maskili sikwit twassal għal tradiment fil-konfront ta’ martu u għalhekk dan jafferma li għall-mara, iż-żwieġ huwa markatur ta’ servitù perpetwu.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48545
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL026.pdf
  Restricted Access
1.02 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.