Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48547
Title: Aspetti soċjolingwistiċi tad-djalett t’Għajnsielem u s-sistema vokalika tiegħu
Authors: Grech, Daphne
Keywords: Maltese language -- Dialects -- Malta -- Gozo
Maltese language -- Social aspects
Sociolinguistics -- Malta -- Għajnsielem
Issue Date: 2019
Citation: Grech, D. (2019). Aspetti soċjolingwistiċi tad-djalett t’Għajnsielem u s-sistema vokalika tiegħu (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Native speakers of some of the dialects spoken in Malta and Gozo confirm the strong link between native dialect and the sense of belonging to the community and personal identity within that community. (Azzopardi-Alexander, 2011, p.235) Id-djalett mhux biss varjetà lingwistika li tintuża bħala mezz ta’ komunikazzjoni fil-ħajja ta’ kuljum ta’ dawk li jitkellmuh, iżda hu wkoll parti integrali mill-identità tal istess kelliema. Minkejja li fil-lingwistika Maltija d-djalett hu suġġett li qiegħed dejjem iqajjem iżjed interess, għad hemm nuqqas ta’ studji li jittrattaw il-bosta aspetti fonetiċi u soċjolingwistiċi tal-varjetajiet djalettali. Għalhekk, l-għan ta’ dan ix-xogħol hu li jinxteħet dawl fuq is-soċjolingwistika u s-sistema vokalika tad-djalett t’Għajnsielem, djalett li kien għadu ma ġiex studjat s’issa. It-trattament ta’ dan id djalett kien l-għan tiegħi sa minn ċkuniti, peress li kbirt fir-raħal li jħaddan din il varjetà u trabbejt bi mħabba lejh u lejn ir-raħal li jitkellmu. Għaldaqstant, fl-ewwel kapitlu se tingħata ħarsa lejn l-isfond li fih ġie msawwar dan ix-xogħol, inklużi l-fatturi storiċi, ġeografiċi u soċjali marbutin m’Għajnsielem. Fit-tieni kapitlu mbagħad, tiġi ppreżentata analiżi kritika tal letteratura fejn se jiġu diskussi l-varjabbli soċjolingwistiċi flimkien mal-istudji djalettali fonetiċi Maltin u Għawdxin minħabba li dawn huma l-bażi li fuqhom hu mibni l-istudju preżenti. Fil-fatt, l-iskop ewlieni ta’ dan l-istudju hu li tiġi stabbilita s- sistema vokalika tad-djalett Għajnselmiż u b’hekk jiġu analizzati wkoll xi aspetti fonoloġiċi tal-istess djalett. Mill-analiżi ta’ din is-sistema vokalika setgħu jinħarġu għadd ta’ kuntrasti u similaritajiet li dan id-djalett għandu mal-Malti Standard, mas Sannati u anke man-Naduri, kif jidher fil-ħames kapitlu. Dan sar permezz tal irrekordjar ta’ taħdit bid-djalett t’Għajnsielem f’ambjent informali sabiex id-diskors irrekordjat ikun iżjed naturali. Il-metodoloġija użata fil-ġbir tad-data se tiġi diskussa fit-tielet kapitlu. Minħabba li l-għarfien fonetiku tiegħi hu wieħed bażiku, kelli bżonn l-għajnuna tat-tutur tiegħi, is-Sur Ruben Farrugia, u tal-Prof. Marie Alexander sabiex tiġi stabbilita din is-sistema vokalika.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48547
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL027.pdf
  Restricted Access
1.53 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.