Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48549
Title: Traskrizzjoni u ġabra ta’ kliem mill-prietki ta’ Patri Fidiel
Authors: Saliba, Roberta
Keywords: Fidiel, Patri, 1762–1824 -- Criticism and interpretation
Catholic church -- Sermons -- 18th century
Fidiel, Patri, 1762–1824 -- Sermons -- History and criticism
Sermons, Maltese -- History and criticism
Issue Date: 2019
Citation: Saliba, R. (2019). Traskrizzjoni u ġabra ta’ kliem mill-prietki ta’ Patri Fidiel (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Din it-teżina bbażajtha fuq tliet prietki miktubin bil-Malti mill-predikatur Kapuċċin Patri Fidiel li għex fis-seklu tmintax u li ta kontribut fl-iżvilupp tal-poeżija bikrija u reliġjuża Maltija. Kif naraw f’Azzopardi (1987), ix-xogħlijiet letterarji ta’ Patri Fidiel taw sehem “fit trawwim tal-ilsien Malti u fl-esperimentazzjoni teknika u idjomatika tal-lingwa”. Il-prietki li ser nittratta f’din it-teżi huma biss parti żgħira mill-wirt letterarju li ħallilna Patri Fidiel għaliex dan kellu xogħlijiet oħra miktubin kemm bil-Malti u kif ukoll bit-Taljan. It-testi li għażilt biex naħdem fuqhom kienu magħżula minn fost oħrajn li hemm miġbura fl-Arkivju tal-Katidral tal Imdina u fil-kollezzjoni privata tat-tabib Ġużè Galea. Il-prietki li stħarriġt huma: i) Discorso Eucaristico Per il Santo Natale ii) Discorsetto dell’Immac: Concezzione fatto nel Convento della Valletta in uno de’ suoi sabbati. 1797. iii) Discorso Fatto nella Chiesa del Gesù in occasione della Translazione sollenne della pietra sù di cui fù decollato l’Apostolo S. Paolo Recitato prima della Processione li 19. Luglio 1818. Giorno di Domenica, essendo esposta in detta chiesa la medesima Reliqua, da dove poi fù trasportata nella Colleggiata di San Paolo. L-ewwel żewġ prietki kienu ġew traskritti minn Reno Fenech imma l-aħħar waħda għamilt it-traskrizzjoni tagħha jiena għall-fini ta’ din it-teżi. L-għan ta’ din ir-riċerka kien li naqbdu kitbiet minn snin differenti tas-seklu tmintax u nanalizzawhom lingwistikament. Din l analiżi kienet ta’ fejda sabiex noħroġ ċertu differenzi bejn il-kitba bil-Malti tas-seklu tmintax u dik tal-Malti modern, l-iżvilupp tal-lingwa matul iż-żmien, żviluppi semantiċi u analiżi tal bidliet fil-lessiku, is-sintassi, il-morfoloġija u l-fonoloġija. Fittixt li nistudja wkoll l-idjomi u d-djalettiżmi fil-prietki. Apparti din l-analiżi lingwistika għamilt ukoll ġabra ta’ kull kelma li kien hemm f’dawn it-tliet prietki biex b’hekk inkunu nistgħu naraw aħjar il-kelma oriġinali kif insibuha fil-prietka, il-kuntest li qed tintuża fih, kif tiġi l-kelma fil-Malti modern kif ukoll il lemma kif insibuha fid-dizzjunarju t’Aquilina. Kif aċċennajt qabel, l-għan prinċipali kien l-analiżi lingwistika ta’ dawn il-prietki iżda llum nista’ ngħid li minn din ir-riċerka skoprejt diversi affarijiet ekstralingwistiċi u li għandhom x’jaqsmu mal-ħajja u mal-kultura tas-seklu tmintax. Dan it-tagħrif kulturali ksibtu primarjament mill-ħafna qari li għamilt dwar il-prattika tal-predikazzjoni f’dan iż-żmien però rrid nammetti li l-aktar informazzjoni interessanti ksibtha mill-bosta żjarat li għamilt fil knejjes, libreriji, mill-Arkivju tal-Katidral fl-Imdina u b’mod speċjali miż-żjara li għamilna jiena u l-kollegi tiegħi għand is-Sinjura Marguerite Herrera. Is-sinjura Herrera, li hija bint it tabib Galea laqgħetna ġewwa darha, ġentilment ipprovdiet aċċess għall-kollezzjoni privata tagħha fejn urietna ħafna dokumenti importanti, ritratti u qasmet magħna wkoll xi esperjenzi personali li għandhom x’jaqsmu mal-ġabra ta’ diversi kollezzjonijiet. B’hekk nixtieq nieħu l opportunità biex inrodd ħajr lis-sinjura Herrera tal-paċenzja li ħadet bija u bil-kollegi tiegħi.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48549
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL031.pdf
  Restricted Access
7 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.