Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48560| Title: | Ir-reġistru tal-biedja |
| Authors: | Mizzi, Gabriel |
| Keywords: | Register (Linguistics) Maltese language -- Social aspects Agriculture--Terminology Maltese language -- Terms and phrases |
| Issue Date: | 2019 |
| Citation: | Mizzi, G. (2019). Ir-reġistru tal-biedja (Bachelor’s dissertation). |
| Abstract: | L-istudju tar-reġistri nista’ ngħid li minn dejjem kien jolqotni għalkemm qatt ma kont għadni smajt bil-kelma reġistru. Minn dejjem kont inħoss li hemm differenza bejn it-taħdit li nisma bejn missieri u nannuwi waqt li jkunu qed jaħdmu l-għalqa u t taħdit bejni u missieri meta nkunu d-dar. Ix-xogħol tar-raba’ ilu ġenerazzjonijiet sħaħ fil-familja tiegħi għaliex minn dejjem konna bl-għelieqi. Meta kont żgħir it-tmiem tal-ġimgħa kont inqattgħu l- għalqa ma’ missieri u man-nannu. Dak iż-żmien nannuwi kien jipprova jispjegali dak li nkunu qed nagħmlu imma ta’ tifel li kont ma kontx nieħu daqstant interess. Illum nieħu pjaċir naqra ġabriet lessikali ta’ din ix-xorti speċjalment il-kotba ta’ Stanley Farrugia Randon Il-Biedja f’Malta u Qiegħda fil-Ponta ta’ Lsieni ta’ Ġużi Gatt. Dawn il pubblikazzjonijiet flimkien ma’ oħrajn saħħew fija l-interess sabiex niskopri iżjed fuq din it-tema u nifhem dak li ma kontx kapaċi nifhem meta kont għadni żgħir. Kien naturali għalija li nżomm lil nannuwi bħala l-informant għal dan ix-xogħol u jien tal fehma li permezz tan-nannu ser nikkontribwixxi fil-kollezzjoni tar-reġistru tal-biedja. Sabiex niġbor it-terminoloġija marbuta mal-biedja intervistajt lin-nannu u issa ninsab kuntent li ħa tibqagħli tifkira tiegħu fix-xogħol tal-Università. Dan ix-xogħol issawwar bl-għajnuna tiegħu li b’tant dedikazzjoni tkellem miegħi u spjegali kull ħaġa li tkellimna fuqha waqt l-intervisti. It-teżi ħaditli tmien xhur u kelli niddedika ħafna ħin biex neditja l-intervisti u t-traskrizzjoni tagħhom sabiex ninkludihom fit-teżi. Wara li lestejt l-intervisti ħassejtni li rsaqt iżjed qrib nannuwi għaliex tkellimna flimkien fuq aspett tant importanti f’ħajtu. Il-qari ta’ pubblikazzjonijiet li jittrattaw il biedja ħassejt li kien ta’ għajnuna kbira, mhux biss għaliex fhimt kemm għadu jingħata importanza dan il-qasam iżda wkoll għaliex iltqajt ma’ affarijiet marbuta mal biedja li qatt qabel ma kont iltqajt magħhom fl-għalqa tagħna. Il-kliem li rnexxieli niġbor ippreżentajtu f’tabella flimkien mad-definizzjoni li tani nannuwi u dik li jagħti Aquilina fid-dizzjunarju biex b’hekk niġbor flimkien ir-reġistru tal-biedja mill informant tiegħi u l-kotba u t-teżijiet li qrajt. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48560 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2019 Dissertations - FacArtMal - 2019 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 19BAMAL029.pdf Restricted Access | 5.77 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
