Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48566
Title: Ir-realtà li toħloq il-letteratura
Authors: Saydon, Rachel
Keywords: Literature -- Philosophy.
Literature -- Aesthetics
Reality in literature
Issue Date: 2019
Citation: Saydon, R. (2019). Ir-realtà li toħloq il-letteratura (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Din it-teżi tittratta l-użu tal-lingwa fil-letteratura biex tirrappreżenta u toħloq ir realtà mill-ġdid u tagħmilha tidher differenti minn kif is-soltu nesperjenzawha ’l barra mill-qasam tal-letteratura. Fl-istess ħin, il-letteratura mhijiex kopja tar-realtà u lanqas ma titbiegħed mid-dinja reali għaliex minkejja l-laqta immaġinattiva tagħha, teżisti f’relazzjoni mar-realtà ’l barra minnha. Permezz ta’ għadd ta’ studji u kitbiet ta’ teoriċi Maltin u barranin, se nistħarreġ, fost l-oħrajn, x’differenza hemm, jekk hemm, bejn il lingwa għall-iskop ta’ komunikazzjoni waqt it-taħdit ta’ kuljum u l-lingwa mħaddma fil letteratura. Il-lingwa se tingħata ħafna importanza għaliex dak kollu li tagħmel il letteratura, tagħmlu bil-lingwa; ir-realtà li toħloq il-letteratura hija realtà maħluqa mill kliem. “Literature somehow alludes to the ‘real’ while being of a different order of reality precisely because it is constituted by language” (Widdowson 12). L-għan hu li nistħarreġ ir-relazzjoni li teżisti bejn ir-realtà li ngħixu u r-realtà rappreżentata u interpretata fil letteratura biex fl-aħħar mill-aħħar nifhem kif xogħol letterarju mistħajjel, bix-xejra rappreżentattiva ġdida li jagħti lir-realtà, iwassalna biex nifhmuha u ninterpretawha f’dawl ġdid u nagħrfu aspetti minnha li ma konniex tajniehom daqstant attenzjoni qabel. Ir-relazzjoni bejn il-letteratura u l-ħajja hija tema li ħadt minn L-Idea tal Letteratura ta’ Oliver Friggieri, madanakollu, m’iniex se nagħmel analiżi tal-argumenti ta’ Friggieri u lanqas m’jien se nintrabat ma’ dan ix-xogħol. Se niffoka fuq testi teoriċi oħrajn, fil-maġġoranza tagħhom barranin, u f’xi każi nuża L-Idea tal-Letteratura bħala punt ta’ riferiment. It-testi teoriċi li minnhom se nislet il-kunċetti ċentrali li se nanalizza huma l-esej ta’ Mikhail Bakhtin “Discourse in the Novel,” il-ktieb ta’ Kendall Walton Mimesis as Make-Believe u l-kitba ta’ Ruth Lorand “Telling a Story or Telling a World?” Testi prinċipali oħra li se nuża, speċjalment fit-tielet kapitlu, huma “The Reading Process: A Phenomenological Approach” ta’ Wolfgang Iser u “Literature and Knowledge” ta’ John Gibson. L-għan tat-teżi mhuwiex li tasal għal definizzjoni tal-“letteratura” u lanqas li tipproponi li t-teknika tal-lingwa hija l-unika karatteristika importanti tal-letteratura. M’hemmx definizzjoni waħda tal-“letteratura” u bħala kunċett jista’ jintuża b’modi u f’kuntesti differenti. Hawnhekk, il-kunċett tal-“letteratura” jinftiehem bħala l-użu speċjali tal-lingwa f’xogħlijiet mistħajla li jiddefamiljarizza dak li jirrappreżenta bl-għan li l-lingwa tħalli effetti differenti u tawmenta l-esperjenza tal-qarrejja waqt il-qari. Din it teżi mhix deskrizzjoni ta’ x’inhi l-letteratura b’mod ġenerali, imma analiżi tar-riżors ewlieni tagħha, il-kliem, u l-funzjoni tiegħu biex il-letteratura tkun tista’ toħloq ir-realtà mill-ġdid. Għaldaqstant, m’iniex se niddiskuti l-prinċipji kollha li jiddeterminaw il-valur ta’ xogħol letterarju, imma se nittratta speċifikament in-natura tal-lingwa fil-letteratura u l-effetti li tħalli.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48566
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL032.pdf
  Restricted Access
942.96 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.