Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/49135
Title: Ġabra analitika tal-materjal lingwistiku fil-programm “Seħer il-Malti” (Ott. 2011 – Ġun. 2012)
Authors: Vella, Elaine
Keywords: Radio in education -- Malta
Seħer il-Malti (Radio program)
Discourse analysis
Issue Date: 2019
Citation: Vella, E. (2019). Ġabra analitika tal-materjal lingwistiku fil-programm “Seħer il-Malti” (Ott. 2011 – Ġun. 2012) (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena, il-programm “Seħer il-Malti” offra pjattaforma għas-semmiegħa Maltin u Għawdxin, kemm minn Malta kif ukoll minn barra xtutna, biex joffru l-esperjenza lingwistika tagħhom lil xulxin dwar bosta oqsma tal-ħajja. Għalhekk dan il-programm jista’ jitqies bħala għajn importanti ta’ tagħrif dwar il-kliem, l-espressjonijiet u elementi oħra tal-ilsien Malti, spiss imżejnin b’varjazzjonijiet lingwistiċi ħerġin mid-djalett jew mir-reġistru tas-semmiegħa. Billi jiena kemm-il darba segwejt dan il-programm, ħassejt il-ħtieġa li jfittex jinġabar dan il-materjal lingwistiku li hu ta’ interess għall-Malti, u bit-teżi tiegħi tal Baċellerat ġietni tassew ix-xoqqa f’moxtha. Għalhekk l-għan tiegħi fit-teżi sar li nanalizza t-tagħrif maħruġ mill-programm irrekordjat u nagħmel ġabra tal-kliem, l- espressjonijiet, u tagħrif ieħor fuq il-Malti, miġbur direttament minn fomm is- semmiegħa li jikkontribwixxu għall-programm. Din il-ġabra tkun tista’ titqies bħala forma ta’ konservazzjoni ta’ numru ta’ elementi lingwistiċi u termini li maż-żmien jistgħu jintilfu, kif ukoll ta’ lessiku li jaf ma ġiex imniżżel fid-dizzjunarji li għandna sa issa, ladarba ħadd minn dawn ma nqeda b’mezz tant dirett u interattiv bħar-radju. Ta’ min jiftakar li, billi huwa mezz mitkellem, ir-radju jilħaq u huwa aċċessibbli għal kulħadd, imqar għal min ma jkunx jaf jikteb, għall-kuntrarju tal-mezzi tradizzjonali bħall-kotba u l-gazzetti.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/49135
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Dissett TVM 5.4.17.mp4
  Restricted Access
8.15 MBUnknownView/Open Request a copy
19BAMAL036.pdf
  Restricted Access
1.7 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.