Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50462
Title: Il-qargħa ħamra u l-għasel fil-Mosta : wirt agrarju u kulturali
Authors: Cassar, George
Keywords: Pumpkin -- History
Formulas, recipes, etc. -- Malta -- Mosta
Bees -- Folklore
Honey
Issue Date: 2017
Publisher: Kunsill Lokali Mosta
Citation: Cassar, G. (2017). Il-qargħa ħamra u l-għasel fil-Mosta : wirt agrarju u kulturali. Malta: Kunsill Lokali Mosta.
Abstract: Il-motto tal-Mosta hu xhieda tal-oriġini agrikoli tal-Mostin. Dan il-motto jistqarr li t-tama ssaħħaħ lill-bidwi, jew bil-Latin: ‘Spes alit ruricolam’. Dawn it-tliet kelmiet jixħtu dawl fuq il-ħajja bikrija ta’ dan ir-raħal ċkejken li sponta, ifforma u kiber fuq art lejn iċ-ċentru ġeografiku ta’ Malta. Matul il-Medju Evu, ir-raħal tal-Musta (kif kienu jsibuh fi żminijiet passati) kien biss wieħed minn numru ta’ rħejjel oħra – Ħal Dmigħ jew Dimekk; Ħal Sir jew Żiri, Ħal Pessa jew Bise, Ħal Ħobla, Ħal Calleja jew Kalleja, Ħal Mlit – li f ’kull wieħed minnhom kienu jgħix ftit familji. Kienu rħejjel imdawwrin bl-għelieqi, u l-ħidma ewlenija kienet il-biedja u t-trobbija tal- annimali. Din l-attività baqgħet importanti ħafna fil-Mosta sas-snin ħamsin tas-seklu għoxrin. Dan għaliex mis- snin sittin il-Mosta bdiet tikber b’mod mgħaġġel fil-popolazzjoni biex malajr saret ċentru reġjonali, u ma’ dan l-iżvilupp bdiet tinbidel ukoll l-attività ekonomika. Daħlu snajja’, industriji u negozji ġodda, u l-Mostin sabu impjiegi oħra filwaqt li x-xogħol marbut mal-biedja beda jonqos. Aktar art bdiet tinbena u tieħu post l-għelieqi. Madankollu l-Mosta għad għandha ammont sostanzjali ta’ art agrikola, fatt li juri li l-biedja ma għebitx għal kollox mil-ħajja soċjali u ekonomika tal-komunità Mostija.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50462
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEMATou

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_qargha_hamra_u_l_ghasel_fil_Mosta.pdf
  Restricted Access
11.03 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.