Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5559
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-10-15T13:05:26Z
dc.date.available2015-10-15T13:05:26Z
dc.date.issued2012
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5559
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIn-Nom Mimmat: Iddeċidejt li nagħmel din l-analiżi tiegħi dwar in-Nom Mimmat għal diversi raġunijiet. Waħda minnhom kienet l-interess tiegħi fil-lingwa u l-lingwistika Maltija. Iżda mhux biss. In-Nom Mimmat huwa kategorija ta’ nomi fil-Malti ta’ oriġini Semitika. Fis-snin li għamilt bħala studenta fl-Università ta’ Malta, għamilt xi żmien nistudja l-Għarbi, u nista’ ngħid li l-ftit għarfien tiegħi tal-Għarbi ħajjarni nħares lejn in-Nom Mimmat fl-Għarbi u nistudja u nanalizza l-iżvilupp u t-tranżizzjoni tiegħu fil-Malti. Apparti dan, il-fatt li n-nom mimmat bħala kategorija fil-Malti ftit li xejn kien trattat fid-dettall, meta tqabblu ma’ oqsma oħra fil-lingwistika Maltija, ukoll kompla jħeġġiġni biex nagħmel l-istudju tiegħi dwar in-Nomi Mimmati. Dan ix-xogħol jinferaq fi tliet taqsimiet ewlenin. F’din il-parti se nsemmi fuq fuq dwar x’jittrattaw dawn it-taqsimiet, l-għanijiet prinċipali tagħhom, kif ukoll se nagħmel referenza għall-metodoloġija u r-riżorsi li użajt. Apparti dan, jekk fix-xogħol li għamilt ħadt xi deciżjonijiet li setgħu kienu mod ieħor, se niġġustifika l-għażliet tiegħi. L-ewwel kapitlu jittratta n-nomi mimmati fis-Semitiku, mhux biss fl-Għarbi, iżda wkoll f’ilsna Semitiċi oħra. Ħassejt li huwa essenzjali li nagħmel dan, għaliex in-nom mimmat huwa wirt Semitiku, u ma stajtx nikseb perspettiva sħiħa u sana mingħajr ma mmur f’ras il-għajn mnejn tnissel sa ma wasal għandna. Naturalment, il-Malti ssawwar mill-Għarbi, però din il-kategorija ta’ nomi tinsab f’diversi lingwi Semitiċi oħra. Apparti dan iddeċidejt ukoll li nittratta ftit in-nomi mimmati f’xi djaletti Għarab, b’referenza speċjali għad-djaletti tal-Afrika ta’ Fuq, li ġeografikament huma eqreb lejn Malta. Il-Malti ma ħariġx mill-Għarbi Klassiku, iżda ssawwar minn forma djalettali tal-Għarbi. Għaldaqstant, naħseb ma kienx biżżejjed li nħares lejn il-Klassiku biss, iżda wkoll lejn djaletti oħrajn Għarab, imqar jekk it-tagħrif li ssib dwarhom mhux dejjem sħiħ u mifrux. Fi ftit kliem, mela nista’ ngħid li l-ewwel kapitlu jinvolvi l-għeruq tan-nom mimmat, b’ħarsa lejn diversi lingwi Semitiċi, li bosta minnhom illum il-ġurnata huma estinti, l-Għarbi Klassiku, l-Għarbi Standard Modern, u xi djaletti Għarab.en_GB
dc.language.isoenen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese languageen_GB
dc.subjectGrammar, Comparative and general -- Morphologyen_GB
dc.subjectGrammar, Comparative and general -- Nounen_GB
dc.titleIn-nom mimmat fil-Malti : struttura u tifsiren_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorZammit, Elaine (2012)
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2012
Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL025.pdf
  Restricted Access
2.83 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.