Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5584| Title: | Il-femminilita fil-poezija romantika Maltija |
| Authors: | Bugeja, Semira |
| Keywords: | Maltese poetry -- 20th century -- Criticism and interpretation Feminism and literature Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation Briffa, Rużar, 1906-1963 -- Criticism and interpretation Zammit, George, 1908-1990 -- Criticism and interpretation Pisani, Ġorġ, 1909-1999 -- Criticism and interpretation |
| Issue Date: | 2012 |
| Abstract: | Aktar minn kull moviment letterarju ieħor, u sewwa sew minħabba n-natura idealistika tiegħu, daqskemm fid-dawl tal-prinċipju tar-rabta bejn esperjenza u immaġinazzjoni, ir-Romantiċiżmu jagħti importanza kbira lill-figura femminili u lil dak kollu li għandu x’jaqsam mal-femminilità fis-sens wiesa’ tal-kelma. Fl-ewwel sens il-mara hija ttrattata bħala persuna umana li magħha tista’ tinbena relazzjoni ta’ mħabba jew għallinqas ta’ rispett min-naħa l-oħra tal-umanità, jiġifieri mid-dinja maskili. Fit-tieni sens tidher il-mara bħala figura ideali, perfetta li tirrappreżenta kulma hu tajjeb u sabiħ. Meqjusin it-tnejn flimkien, dawn iż-żewġ dimensjonijiet isawru l-figura femminili bħala realtà u ħolma, bħala persuna partikolari u bħala idea universali. F’dan ix-xogħol għandha toħroġ id-dehra sħiħa u kumplessa tal-mara f’erba’ poeti magħżula mill-aħjar fażi tal-perjodu Romantiku Malti. L-erba’ poeti magħżula lkoll irġiel jagħtu importanza ċentrali lil dik ix-xi ħadd li fl-esperjenza u l-immaġinattiva tagħhom tiġbor ġewwa fiha u tirrappreżenta n-nisġa bejn dak kollu li hu mixtieq u dak kollu li hu possibbli. F’dan id-dawl l-erba’ poeti jixxiebhu bejniethom daqskemm jingħażlu minn xulxin. F’Dun Karm hija prominenti ħafna l-figura materna li taħdem bħala rappreżentatriċi tal-verità u garanzija ta’ mħabba. Hi personaġġ li għandu elementi meħudin mill-bijografija storika tagħha daqskemm għandu elementi mixħutin fuqu bil-qima kollha mill-immaġinazzjoni tal-poeta li f’xi waqtiet minnhom, fost l-oħrajn jagħtiha saħansitra l-funzjoni li tlissen kliem bibliku f’isem Alla (Il-Jien u lil Hinn Minnu). Min-naħa l-oħra għal Dun Karm il-figura femminili hi spunt biex titpinga d-dehra ideali tal-Verġni Marija kif meqjuma fid-dinja Kattolika. Hemm imbagħad il-mara medja, aktarx it-tfajla tar-raba’ li għalih kienet mudell tal-moralità tajba u ta’ sbuħija fiżika. F’dan il-kuntest kollu tidħol fi prominenza kbira l-metafora ċentrali fl-opri kollha ta’ Dun Karm: il-mara bħala omm, li issa mhijiex biss figura privata fi ħdan familja iżda wkoll figura nazzjonali. Hekk tidher f’bosta poeżiji, ewlieni fosthom l-Innu Malti. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5584 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2012 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 12BAMAL005.pdf Restricted Access | 1.24 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
