Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5589
Title: Il-karattri fin-novelli ta' Frans Sammut
Authors: Bajada, Leanne
Keywords: Maltese literature -- 20th century
Sammut, Frans, 1945-2011 -- Criticism and interpretation
Issue Date: 2012
Abstract: Xejn mhu aktar ovvju minn karattru f’rakkont, iżda wieħed jista’ jargumenta li xejn mhu aktar mistur mill-mod kif karattru jinbena. Hemm strateġiji f’din il-binja li mhumiex daqstant evidenti u li din it-teżi tinvestiga u tberraħ. David Lodge fil-ktieb The Art of Fiction jesprimi li Probabbilment, karattru huwa l-aktar komponent importanti f’rumanz [...] Xejn ma jista' jitqabbel mar-rikkezza, il-varjetà u l-profondità psikoloġika tat-tradizzjoni tar-rumanz Ewropew fl-espożizzjoni tiegħu tan-natura umana. (67) L-istess elementi li Lodge jattribwixxi lill-karattru fir-rumanz Ewropew jistgħu jiġu applikati għan-novelli ta’ Frans Sammut, stejjer li għalkemm qosra, l-umanità tagħhom tixref fir-realiżmu evidenti tal-karattri u l-fatturi psikoloġiċi, ambjentali u tar-relazzjonijiet umani li jsawruhom. Il-validità ta’ investigazzjoni tal-binja tal-karattru tinsab fil-mod kif tesponi lill-karattru letterarju bħala kostruzzjoni li sseħħ bil-mod il-mod matul ir-rakkont sħiħ b’xejriet li huma simili għall-bniedem fil-ħajja ta’ kuljum u oħrajn li fir-realtà huma impossibbli, ngħidu aħna l-mod kif il-qarrejja u nnarratur jitwaħħdu mal-ħsibijiet interni ta’ protagonista. Newbiet, jixhed il-proċess kreattiv ta’ madwar tletin sena li matulhom in-narrattiva Maltija stagħniet ħafna u daħlet fid-dinja l-kontemporanjetà. Huwa dokument li jiġbor l-essenzjal ta’ awtur ta’ kalibru u li fih innifsu jissintetizza l-aħjar avventuri tan-novella Maltija fit-tieni nofs tas-seklu għoxrin. (Friggieri, “Newbiet ta’ Frans Sammut” 41)
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5589
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL002.pdf
  Restricted Access
968.35 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.