Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5932
Title: Senghet il-mastrudaxxa : stharrig lessikali fuq sfond etnografiku
Authors: Debattista, Clifford
Keywords: Maltese language -- Lexicology
Ethnology -- Malta
Carpentry -- Malta
Linguistics -- Malta
Issue Date: 2012
Abstract: Il-ħajra li nikteb xogħol bħal dan nibtet minn delizzju li għandi u li writtu mingħand missieri. Kif jgħidu, bin is-sengħa għandu nofsha, u li kieku ma kellix dan id-delizzju f’demmi, żgur li ma kienx jirnexxili nagħmel xogħol kif għamilt, b’ġabra sħiħa ta’ termini. Malli bdejt immidd idi f’dan ix-xogħol, bdejt kull ma jmur ninduna li kien hawn ħafna termini f’fomm in-nies tas-sengħa bla ma qatt tniżżlu b’mod miġbur fuq il-karta. Qabel dan ix-xogħol, it-termini kienu qed jintirtu dejjem minn ħaddiem għall-ieħor bil-fomm, b’periklu li xi wħud mit-termini jintilfu għal kollox maż-żmien. Iżda issa, ġew dokumentati b’mod li jinkorpora s-sengħa b’mod sħiħ, mit-tipi ta’ njam li juża l-mastrudaxxa, sal-proċessi differenti, l-għodod u affarijiet oħra. Biex inkompli nżewwaq din il-ġabra, ħejjejt ukoll sett ta’ ritratti u anke żewġ intervisti. B’riħet dan ix-xogħol, waqt li komplejt insaħħaħ u nkabbar l-għarfien tiegħi dwar dan id-delizzju, fl-istess ħin żewwiġtu mal-aspett akkademiku tal-lingwa Maltija b’tali mod li tajt kontribut bżonjuż minħabba li hawn nuqqas kbir ta’ dokumentazzjoni ta’ terminoloġija marbuta mas-snajja’ Maltin. Fil-fatt, kien dan il-fattur li l-aktar kompla ħajjarni biex nagħmel din il-ġabra ta’ termini. Tkun idea tajba li din il-ġabra ta’ termini, flimkien ma’ ġabriet oħra li saru fil-passat, jiġu inklużi f’dizzjunarju sabiex b’hekk tkompli tikber id-diversità fil-kliem Malti. Minbarra li tgħallimt ċertu kliem ġdid li qatt ma kont smajtu qabel, ċertu termini oħrajn iddefinejthom aħjar b’dak li rnexxieli niġbor mit-teżawru, mill-esperjenza personali u minn dak li qaluli l-informanti. Fuq kollox, kont ukoll ta’ għajnuna fl-għalqa lessikali tal-Malti rigward ir-reġistru tas-snajja’ tant li l-għan ewlieni tiegħi kienet il-ġabra ta’ lessiku. Barra minn hekk, waqt li kont għadni qed naħseb dwar kif se nfassal dan ix-xogħol, għaraft li s-sengħa tal-injam, mhix ix-xogħol biss. Id f’id magħha hemm ukoll aspetti oħra li għalkemm aktarx ma jiġuniex f'moħħna meta nitkellmu dwar dan il-mestier, xorta waħda huma importanti, u ta’ min jgħid xi ħaġa dwarhom . Għaldaqstant, barra l-ġabra ta’ termini, tajt ukoll ħarsa ħafifa lejn l-aktar aspetti fundamentali fis-sengħa. Ħadt ħsieb ukoll li nżewweġ l-aspett tradizzjonali u antik ma’ dak modern għaliex bħalma se naraw fix-xogħol, is-sengħa tal-lum hi dik li hi bis-saħħa ta’ dak li kienet ilbieraħ u bil-mod ta’ kif kienu jaħdmuha missirijietna. Barra minn hekk, it-teknoloġija ġabet magħha żviluppi ġodda f’diversi snajja’, inkluż f’dik tal-mastrudaxxa, bidliet li trattajthom ukoll fix-xogħol tiegħi.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5932
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL007.pdf
  Restricted Access
30.3 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.