Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62613
Title: Mhux biċ-ċajt! : analiżi lingwistika taċ-ċajt Malti
Authors: Farrugia, Thea
Keywords: Maltese wit and humor
Plays on words -- Malta
Oral communication -- Malta
Maltese language -- Discourse analysis
Issue Date: 2020
Citation: Farrugia, T. (2020). Mhux biċ-ċajt!: analiżi lingwistika taċ-ċajt Malti (Bachelor's dissertation).
Abstract: Din it-teżina hi dwar iċ-ċajt, fergħa mit-tradizzjoni orali magħmula mil-logħob bil-lingwa, li ġeneralment tingħad minn rakkontatur lil udjenza, ħafna drabi b’battuta lejn it-tmiem. Din hi proprju l-karatteristika ewlenija taċ-ċajta, battuta li tiżvija l-ħsieb tas-semmiegħa. Il-battuta, f’ċajt lingwistiku, ħafna drabi tistrieħ fuq mekkaniżmi lingwistiċi, primarjament il-polisemija u l-omofonija. L-istudju tiegħi joffri analiżi lingwistika taċ-ċajt bil-Malti, ħaġa li fil-kuntest lokali kienet għadha ma saritx. Filwaqt li ġabriet ta’ ċajt bil-Malti dan l-aħħar snin bdew jiżdiedu, kitbiet akkademiċi fuq iċ-ċajt bil-Malti huma tassew ftit. Għalhekk l-għan ta’ dan l-istudju hu li niġbor kampjun ta’ ċajt minn sorsi differenti u permezz tiegħu nesplora l-istruttura taċ-ċajta u l-mekkaniżmi lingwistiċi fil-qalba ta’ dan il-ġeneru tant popolari. It-teżina hija maqsuma f’tliet partijiet prinċipali. Fl-ewwel kapitlu nagħti ħarsa lejn studji li jittrattaw iċ-ċajt. Nagħmel dan billi nipprova nasal għal definizzjoni taċ-ċajta, inħares lejn il-karatteristiċi ewlenin li jsawruha, u nsemmi tipi differenti ta’ ċajt. Nittratta wkoll taqsimiet fuq l-umoriżmu u r-rabta tiegħu maċ-ċajt. It-tieni kapitlu jinqasam f’żewġ partijiet. Fl-ewwel sezzjoni nippreżenta mixja ta’ ġabriet u xogħlijiet Maltin li jinkludu jew jitkellmu fuq iċ-ċajt b’mod kronoloġiku. Fit-tieni taqsima nikkummenta fuq il-mod li bih ħdimt u kif qassamt l-analiżi. Hawnhekk ninkludi s-sorsi li użajt għall-ġabra, il-metodu tal-għażla taċ-ċajt, it-tqassim taċ-ċajt, u l-metodoloġija għall-istħarriġ taċ-ċajt. Fit-tielet parti tat-teżina niffoka fuq iċ-ċajt miġbur u nanalizzah fid-dettall billi noħroġ xi karatteristiċi magħrufin taċ-ċajta u dawk li huma inqas komuni. Fl-istess waqt, mill-analiżi nikkonferma dak li ħarist lejh fl-ewwel kapitlu fix-xogħlijiet barranin, waqt li noħroġ punti konklussivi għall-ġabra ta’ ċajt bil-Malti.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62613
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL012.pdf
  Restricted Access
1.44 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.