Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62621
Title: Aspetti liriċi fil-poeżiji bikrin ta’ Gorġ Borg
Authors: D'Amato, Roberto
Keywords: Borg, Gorg, 1946- -- Criticism and interpretation
Lyric poetry
Lyric poetry -- History and criticism
Issue Date: 2020
Citation: D'Amato, R. (2020). Aspetti liriċi fil-poeżiji bikrin ta’ Gorġ Borg (Bachelor's dissertation).
Abstract: It-teżi għandha erba’ kapitli prinċipali. Fl-ewwel kapitlu tingħata ħarsa kritika lejn l-istorja tal-lirika minn żmien il-Griegi tal-qedem sal-lum, b’importanza speċjali lejn kittieba li influwenzaw l-iżvilupp tal-poeżija lirika. Magħġun ma’ dan kollu jingħataw it-teoriji ta’ Jonathan Culler fuq il-kwalitajiet li jsawru l-lirika u kif żviluppaw, b’mod partikolari bil-pubblikazzjoni riċenti 'Theory of the Lyric' (2017). Dawn jinkludu l-indirizz, ir-ripetizzjoni u r-ritmu, is-suġġettività fil-lirika, u l-aspett tal-performattività, li jista’ jkun li bħala studju fil-poeżiji Maltin ikun ġdid. L-ewwel kapitlu jagħlaq billi tingħata ħarsa lejn xi nkiteb s’issa dwar ir-relazzjoni ta’ Ġorġ Borg mal-lirika. Fit-tieni kapitlu tingħata ħarsa lejn kif inhu mħaddem l-indirizz f’Ġorġ Borg u l-funzjonijiet tiegħu bħall-indirizz lill-qarrejja, lil xi persuna partikolari – b’mod speċjali dawk indirizzati lill-maħbubin, l-indirizz bħala personifikazzjoni, u poeżiji nieqsa mill-indirizz. Biex tinżamm ċerta konsistenza mal-istudju ta’ Culler, ġie deċiż li nirreferu għal min jagħmel l-indirizz bħala kelliem u mhux bħala persona minħabba li kelliem jimplika xi ħadd reali filwaqt li persona timplika xi ħadd immaġinat (Culler 84, 114). Fit-tielet kapitlu nosservaw l-elementi mnemoniċi u ripetittivi f’Borg (primarjament dawk strutturali u akustiċi), li jgħinu biex il-poeżija tiegħu tibqa’ tidwi mal-udjenza b’mod speċjali permezz tar-rimi differenti li juża, ir-ritmu – li jagħmel il-poeżija aktar mużikali, u tekniki oħra bħall-alliterazzjoni, l-epiżewski, l-assonanza u l-konsonanza. Fl-aħħar nett jiġi diskuss l-element tal-performattività fil-poeżiji ta’ Borg, element li jagħmel dawn il-poeżiji attwali u preżenti waqt li jkunu qed jinqraw, b’mod speċjali bl-użu regolari tat-temp tal-preżent fil-poeżiji. Issir ukoll analiżi tal-funzjoni tal-punteġġjatura bħala mezz li jikkomunika pawsiet u intonazzjonijiet li huma importanti biex il-qarrejja jħossu u jgħixu l-mument tal-poeżija. It-teżina tagħlaq bil-konklużjonijiet ewlenin tal-kapitli u suġġerimenti għal riċerka futura. Fl-appendiċi wieħed jista’ jsib intervista ma’ Ġorġ Borg bbażata fuq din ir-riċerka.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62621
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL011.pdf
  Restricted Access
1.26 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.