Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62664
Title: It-trobbija taż-żwiemel u s-sengħa tan-nagħal : studju lessikali
Authors: Magro, Keanna
Keywords: Horses -- Equipment and supplies
Horseshoers -- Malta
Maltese language -- Lexicology
Issue Date: 2020
Citation: Magro, K. (2020). It-trobbija taż-żwiemel u s-sengħa tan-nagħal: studju lessikali (Bachelor's dissertation).
Abstract: Hekk kif isib ruħek fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa, u tagħti ħarsa madwarek biex tosserva dak li jkun qed iseħħ, tħoss fik ċertu ġibda lejn iż-żwiemel. Inti u miexi f’din it-triq tisma’ t-tqawqib tal-pass kajman taż-żiemel, tisma’ n-nies dilettanti fil-ħwienet u r-remissi jitkellmu fuq iż-żwiemel tagħhom, jew inkella fuq xi żiemel li jkun ġera f’xi tiġrija l-Ħadd ta’ qabel. Imbagħad kif tkompli miexi u tidħol fir-remissi tibda xxomm dik ir-riħa tal-bhejjem u tal-ġwież tagħhom. F’waħda minn dawn ir-remissi ssib lin-nagħal bil-fardal, bl-għodda fil-kaxxa jew imxerrda fejn saqajh, taħt xi żiemel imsallab, jaqlagħlu jew iwaħħallu n-nagħal. F’kantuniera, imbagħad, taħt il-forġa u l-inkwina ssib borġ nagħal, tara s-srieken imdendlin mal-ħitan u xi żiemel f’xi stalla ma jonqosx. Fost il-ġimgħa din it-triq tkun kwieta u ma jkollhiex daqstant ġenn, iżda mbagħad fil-ġurnata tal-Ħadd din it-triq tieħu l-ħajja. Nies mixjin biex jidħlu fil-korsa filwaqt li l-paroli ma jonqosx, żwiemel armati għaddejjin, din id-darba t-tqawqib ikun daqsxejn iktar mgħaġġel. Is-sidien taż-żwiemel eċitati jittamaw li jkun iż-żiemel tagħhom li jirbaħ it-tiġrija, filwaqt li l-ġerrejja jkunu qed jippreparaw irwieħhom għat-tiġrijiet. Din hija lemħa lejn l-ħajja tal-ħafna dilettanti taż-żwiemel. Nistqarr li, għalkemm ma sibtx ħafna xogħlijiet fuq dan il-qasam, sibt lil tal-familja, b’mod speċjali lil missieri, ta’ għajnuna kbira. Ippruvajt nagħmel minn kollox biex dan ix-xogħol jirnexxi ħalli jkun hawn kitba kemm fuq is-sengħa tan-nagħal kif ukoll fuq it-tiġrijiet tat-trott. B’hekk din it-teżi se jkollha bħala protagonist liż-żiemel, lis-sengħa tan-nagħal u t-tiġrijiet: iż-żiemel fis-sens tad-dehra tiegħu u l-partijiet ta’ ġismu, is-sengħa tan-nagħal mill-proċess ta’ kif isir dan ix-xogħol u x’għodda tintuża fih kif ukoll x’jinvolvu t-tiġrijiet taż-żwiemel. L-għan aħħari tiegħi huwa li niġbor il-vokabularju tat-termini u lessemi użati f’dawn l-oqsma, biex ma jintilfux. Sadanittant, f’dawn l-aħħar xhur jiena komplejt inkabbar l-għarfien tiegħi f’dan il-qasam u tgħallimt ħafna iktar milli kont naf fuq waħda mis-snajja’ li sfortunatament tul is-snin tista’ tintesa.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62664
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL014.pdf
  Restricted Access
21.94 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
Clip A.MOV
  Restricted Access
26.52 MBVideo QuicktimeView/Open Request a copy
Clip B.MOV
  Restricted Access
10.48 MBVideo QuicktimeView/Open Request a copy
Clip Ċ.mov
  Restricted Access
116.52 MBVideo QuicktimeView/Open Request a copy
Clip D .MOV
  Restricted Access
117.54 MBVideo QuicktimeView/Open Request a copy
Clip E.MOV
  Restricted Access
54.19 MBVideo QuicktimeView/Open Request a copy
Clip F.MOV
  Restricted Access
47.51 MBVideo QuicktimeView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.