Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62706
Title: Is-sengħa tal-ħjata : ġabra lessikali
Authors: Degabriele, Martina
Keywords: Sewing -- Malta
Clothing and dress -- Terminology
Maltese language -- Lexicology
Maltese language -- Social aspects -- Malta
Sociolinguistics -- Malta
Issue Date: 2020
Citation: Degabriele, M. (2020). Is-sengħa tal-ħjata: ġabra lessikali (Bachelor's dissertation).
Abstract: L-għan ewlieni ta’ din it-teżi huwa li permezz tal-intervisti li għamilt malparteċipanti tiegħi, nikseb kemm jista’ jkun informazzjoni rigward is-sengħa tal-ħjata biex b’hekk nibni glossarju bit-terminoloġija marbuta magħha. Barra minn hekk, xtaqt indaħħal daqsxejn studju soċjolingwistiku f’xogħli wkoll. Madankollu, dan seta’ jseħħ biss b’mod limitat minħabba l-fatt li għar-riċerka tiegħi użajt żewġ parteċipanti biss. Il-varjabbli soċjolingwistiċi tas-sess u tal-età innewtralizzajthom minħabba li l-informanti t-tnejn kienu nisa u b’hekk ma stajtx nagħmel paragun mal-irġiel u t-tnejn ġejjin mill-istess grupp ta’ etajiet. Il-varjabbli tal-ġeografija huwa l-uniku wieħed li seta’ jħallili impatt fuq il-lingwaġġ li jużaw, iżda xorta waħda dan ma ġiex studjat b’mod kwantitattiv għalhekk il-kummenti tiegħi huma kemmxejn limitati wkoll f’dan l-aspett. Dan ix-xogħol jinqasam f’sitt kapitli b’kollox. L-ewwel kapitlu huwa dan, l-introduzzjoni, fejn wieħed jieħu idea bażika ta’ f’xiex ser tkun tikkonsisti din it-teżina. It-tieni kapitlu huwa l-ħarsa kritika fejn fih nagħti ħarsa lejn xogħlijiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-istudju tiegħi. Dan il-kapitlu jinqasam fi tlett sezzjonijiet: fl-ewwel waħda niddiskuti fid-dettall tliet teżijiet oħra relatati mar-reġistru. Fit-tieni sezzjoni nagħti daqsxejn informazzjoni rigward l-oqsma tal-lingwa li ser inkun qed niffoka fuqhom l-iżjed bħas-soċjolingwistika u l-varjabbli tagħha u r-reġistru, filwaqt li fit-tielet sezzjoni niddiskuti xi xogħlijiet li saru relatati mas-sengħa tal-ħjata. It-tielet kapitlu jitratta l-metodoloġija. F’dan il-kapitlu primarjament niddiskuti ż-żewġ tipi ta’ metodi li jistgħu jintużaw għal studji bħal dan. Imbagħad nispjega fid-dettall il-metodoloija li użajt jien biex wettaqt ir-riċerka tiegħi. Lejn l-aħħar ta’ dan il-kapitlu niddiskuti wkoll l-istudju pilota u anke d-diffikultajiet li ltqajt magħhom waqt l-istudju. Ir-raba’ u l-ħames kapitli huma l-iżjed kapitli kruċjali ta’ dan ix-xogħol. Ir-raba’ kapitlu huwa l-analiżi tar-riżultati li ksibt minn din ir-riċerka. Dan jinqasam f’diversi sezzjonijiet. Fl-ewwel parti ta’ dan il-kapitlu ser inkun qed nagħmel xi kummenti ġenerali rigward ir-riżultati li ksibt minn din ir-riċerka. Fit-tieni parti ser inkun qed nagħmel analiżi dettaljata tar-riżultati billi nħares lejn it-tabelli waħda waħda. Fl-aħħar nett ser inkun qed nanalizza r-riżultati mil-lenti soċjolingwistika. Il-ħames kapitlu huwa l-glossarju fejn fih hemm it-terminoloġija kollha li ġbart mill-intervisti miġburin f’diversi tabelli. Is-sitt kapitlu huwa l-konklużjoni fejn fih nagħmel l-aħħar kummenti tiegħi rigward ir-riżultati li ksibt minn dan l-istudju u nagħti wkoll xi suġġerimenti lil dawk kollha li ser ikunu qed jagħmlu xi teżina simili għal tiegħi fil-futur. Fl-aħħar nett, wara l-biblijografija, hemm l-appendiċi fejn fih insibu l-ġabra ta’ ritratti u l-ħoloq għall-vidjows li wżajt għall-intervisti ta’ din ir-riċerka.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62706
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL022.pdf
  Restricted Access
4.28 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.