Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62709| Title: | Tibża' xejn jekk tibda x-xita : 13-il poeżija, għanja, u riklam |
| Authors: | Cardona, Mario Grima, Adrian Inguanez, Simone Mifsud, Immanuel Nabhan, Walid |
| Keywords: | Maltese literature -- 21st century Maltese poetry -- 21st century |
| Issue Date: | 2007 |
| Publisher: | Edizzjoni Skarta |
| Citation: | Cardona, M., Grima, A., Inguanez, S., Mifsud, I., & NabHan, W. (2007). Tibża' xejn jekk tibda x-xita : 13-il poeżija, għanja, u riklam. Birkirkara : Edizzjoni Skarta |
| Abstract: | Il-kaġun ewlieni tal-isfruttament tat-tfal fix-xogħol huwa l-faqar. Peress li ħafna drabi l-paga li jaqilgħu l-ġenituri mhix biżżejjed biex tipprovdi dar, ikel u ħwejjeġ għall-familja, it-tfal ikollhom joħorġu jaħdmu. L-akbar sfruttament tal-ħaddiema tfal jinsab fil-produzzjoni tal-ikel, l-aktar fil-qasam tal-kafe, il-kawkaw, il-banana, il-larinġ u z-zokkor. Fatou għandha ħames snin u nofs. Tgħix il-Możambik. Taħdem fi pjantaġġun tal-banana. Trid tgħin lill-ġenituri tagħha jiġbru l-banana. Imma ma titħallasx. Ħafna drabi fuq rasha jkollha ġġorr tagħbija ta' banana itqal minnha stess. Oqsma oħrajn li fihom ikollhom jaħdmu t-tfal huma l-qoton u t-tessuti, it-tapiti, il-ġojjellerija, u l-blalen tal-isports. Imma hemm ukoll ħafna tfal bħal Arturo, li għandu 14-il sena u jgħix f'Cajamarca l-Peru. Kull filgħodu, fil-5.30, jerħilha lejn pompa tal-petrol fil-belt ċkejkna fejn joqgħod biex jaħsel il-karozzi. Bix-xogħol tiegħu jgħajjex lill-familja tiegħu. Jingħad li kien hemm mien fil-bidu tas-seklu 21 meta fil-Kosta tal-Avorju, fejn jitkabbar nofs il-kawkaw għall-industrija dinjija taċ-Ċikkulata, iktar minn 200,000 tifla u tifel kienu qed jaħdmu f'kundizzjonijiet perikolużi fil-pjantaġġuni tal-kawkaw, ħafna minnhom ittraffikati mill-Burkina Faso u l-Mali, u wħud minnhom saħansitra subien ta' disa' snin. Ħafna mit-tfal ma tħallsux ta' xogħolhom. Jingħad li kienu jsawtuhom u wħud mis-subien li ppruvaw jaħarbu qatluhom. Din hija parti mir-realta mdewba fiċ-Ċikkulata li nieklu. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62709 |
| ISBN: | 9789993265245 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtMal |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Tibża_xejn_jekk_tibda_x_xita.PDF Restricted Access | 2.2 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
