Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/63232
Title: Ġabra ta’ termini relatati mal-ospitalità u l-ivvjaġġar
Authors: Azzopardi, Carlos
Keywords: Tourism -- Terminology
Travel -- Terminology
Maltese language -- Terms and phrases
Issue Date: 2020
Citation: Azzopardi, C. (2020). Ġabra ta’ termini relatati mal-ospitalità u l-ivvjaġġar (Master's dissertation).
Abstract: L-iskop ewlieni ta’ din it-teżi hu li jinġabru għadd ta’ termini relatati b’mod speċifiku mal-ospitalità u l-ivvjaġġar u ssir investigazzjoni sabiex tinstab l-ekwivalenza tagħhom jew biex jinħolqu termini ġodda bil-Malti. L-ospitalità u l-ivvjaġġar huma oqsma importanti ħafna għall-ekonomija Maltija u għalhekk din il-ġabra ta’ termini speċifiċi għandha tkun ta’ siwi għas-settur tat-turiżmu f’pajjiżna. Is-setturi tal-ospitalità u l ivvjaġġar jinqasmu f’għadd ta’ kategoriji oħra u f’dan l-istudju se jiġu analizzati 150 terminu marbuta l-aktar mal-akkomodazzjoni, it-trasport u l-eskursjonijiet turistiċi u termini oħra ġenerali li jaqgħu taħt il-kappa ta’ dawn il-kategorji wkoll. It-termini se jiġu analizzati skont il-prinċipji msemmija fl-istandard tal-ISO 704 maħruġ mill International Standards Organization, li huwa d-dokument ewlieni li fuqu hija bbażata l-aqwa prattika tar-riċerka fit-Terminoloġija. Din ir-riċerka se tiffoka kemm fuq termini relatati mal-ospitalità li t-turisti jingħataw meta jżuru pajjiżna u kemm fuq dawk relatati mal-ospitalità li l-Maltin isibu meta jmorru barra minn xtutna. Barra minn hekk, dan l istudju għandu l-għan li jiffoka wkoll fuq termini relatati mal-ivvjaġġar innifsu, lejn u barra mill-pajjiż. It-termini li se jiġu analizzati huma marbuta mal-iskopijiet speċifiċi li għalihom jintużaw fil-liġi u f’dokumenti uffiċjali li għandhom valur legali. Fil-każ ta’ varjanti użati b’mod ġenerali, dawn se jitniżżlu wkoll. F’din ir-riċerka, il-ġabra li se tinbena se tinkludi fiha t-termini bl-Ingliż bħala l-lingwa sors (LS), flimkien mat termini u l-varjanti bil-Malti bħala l-lingwa mira (LM). Minbarra t-termini mogħtija biż-żewġ lingwi, il-ġabra se tinkludi wkoll definizzjonijiet u kuntesti bilingwi għal kull terminu.
Description: M.TRANSLATION&TERMINOLOGY
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/63232
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtTTI - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20MATTI004.pdf
  Restricted Access
2.98 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.