Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6459
Title: Traduzzjoni għall-Malti mill-verżjoni Ingliża tas-sottotitli tal-film anime Ġappuniż 'Grave of the fireflies'
Authors: Caruana, Roxette
Keywords: Motion pictures -- Titling
Motion pictures -- Translating and interpreting
Grave of the fireflies (Motion picture)
Issue Date: 2015
Abstract: L-għan ta’ din it-teżi huwa dak li nipproduċi verżjoni ta’ sottotitli bil-Malti għall-film anime Ġappuniż Grave of the Fireflies (1988). Minbarra interess personali lejn l-istili differenti t’animazzjoni, speċjalment dawk Ġappuniżi li jitrattaw aspetti differenti ferm minn dak li tifhem bih l-animazzjoni Amerikana, il-motivazzjoni ewlenija lejn dan l-istudju kienet dik li nesplora lpoter tal-lingwa Maltija meta mħaddma f’testi differenti minn dak li mdorrijin bih. Rari rajna lesperiment ta’ programm animat bil-Malti, u wisq inqas dan it-tip, għaldaqstant kont interessata ferm li nara teknika taċ-ċinema tiġi domestikata. Il-kitba tas-sottotitli u t-traduzzjoni awdjoviżiva għadha lura ferm f’Malta tant li l-ewwel reazzjonijiet ikunu dawk negattivi għaliex huwa mifhum li l-Ingliż joqgħod aħjar għat-televiżjoni u ċ-ċinema, u kif ukoll huwa mbassar li kważi l-Maltin kollha għandhom ħakma tajba ħafna tal-Ingliż tant li f’ħafna ċirkustanzi jista’ jintuża bħala sostituzzjoni għall-Malti mingħajr diffikultà. Dan ix-xogħol jikkonsisti fit-traduzzjoni tas-sottotitli mill-Ingliż għall-Malti, però b’awdjo Ġappuniż. Bla dubju dan l-istudju kien jirrikkjedi riċerka teoretika li ħaditni lura lejn l-oriġini talfilm fiċ-ċinema minn żmien dawk silenzjużi, għall-intertitli, sal-introduzzjoni tad-doppjaġġ u ssottotitli. Ukoll, minn dan dħalt fil-fond fil-qasam tat-traduzzjoni kif imħaddma għal dan l-iskop u l-iżjed teoriji addattati biex jintleħaq ir-riżultat mistenni. Ma setax jonqos li nidħol fl-istorja tal-film magħżul u minn fejn twieled biex sar waħda mill-aqwa traġedji għaċ-ċinema mhux biss filĠappun iżda madwar id-dinja kollha. Isegwu hemmiżt kopja tas-sottotitli sors b’paralleliżmu ma’ dawk bil-Malti (xtaqt ukoll nehmeż verżjoni tas-sottotitli bil-lingwa oriġinali, li madanakollu ma rnexxilix insib), imbagħad analiżi profonda tat-tekniki li ħaddimt u r-raġunijiet li wassluni għad-deċiżjonijiet finali. Fl-aħħar ikkonkludejt l-istudji tiegħi b’ħarsa ġenerika fuq il-bosta studji li inkludejt f’xogħli mżewqa b’kummenti mill-bosta ammiraturi tal-istess kapulavur. Fl-aħħar nett, nistqarr li r-riżultat mixtieq kien dak li nuri li l-Malti, bit-taħlita lingwistika tiegħu mhux talli ikun f’loku li jintuża fil-ħafna sitwazzjonijiet li fihom illum il-ġurnata sirna nippreferu l-Ingliż għaliex huwa mifhum li huwa ferm limitat, iżda għandu l-poter li jaddatta ruħu wkoll għaċ-ċinema, saħanasitra għal film animat b’oriġini daqstant ’il bogħod minn dak li aħna familjari miegħu. L-istess bħat-Taljan u l-Ispanjol fost oħrajn, il-Malti għandu jingħata limportanza li jitqies indipendenti tant li għandu s-setgħa li jaħkem xogħlijiet barranin u jagħmilhom tiegħu billi jwassalhom għand niesu bl-istess ilsien tagħhom. Nemmen li permezz t’hekk ix-xogħlijiet kollha jitgawdew u jiġu apprezzati ferm iktar minn kull età u kull qasam soċjali.
Description: M.A.TRANSL.&INTERPRET.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6459
Appears in Collections:Dissertations - FacArtTTI - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15MATIS025.pdf
  Restricted Access
2.16 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.