Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/66251
Title: Il-kategoriji grammatikali tal-Malti : il-verbi, in-nomi u l-aġġettivi
Authors: Amaira, Mark
Keywords: Maltese language -- Grammar
Maltese language -- Grammatical categories
Maltese language -- Verb
Maltese language -- Noun
English language -- Adjective
Issue Date: 2014
Citation: Amaira, M. (2014). Il-kategoriji grammatikali tal-Malti: il-verbi, in-nomi u l-aġġettivi (Master's dissertation).
Abstract: Ilsienna bħal-lingwi l-oħra jħaddem kliem b’diversi karatteristiċi differenti. L-aktar fosthom li nzertaw rilevanti għal dal-istudju huma l-karatteristiċi morfoloġiċi bħallinflessjoni u t-tnissil, sintattiċi bħad-distribuzzjoni u l-funzjoni, u oħrajn semantiċi. Dawn se jservu ta’ kriterji ewlenin biex jintlaħaq l-iskop ta’ dal-istudju, jiġifieri biex id-deskrizzjoni lingwistika xxebbah u tifred, tqarreb u tbiegħed lil klassijiet talkliem, imsejħa kategoriji grammatikali, kemm bejniethom u anki fi ħdanhom. L-isfondi huma tnejn: f’binarju minnhom jimirħu l-mudelli tal-filosofija: uħud mill-ideat jaqtgħu linja ċara bejn il-kategoriji u ideat oħra jkanġu l-elementi fi spettri daqslikieku fi mriewaħ; fil-binarju l-ieħor joqogħdu l-ġeneralizzazzjonijiet tipoloġiċi li jiġbru l-fattizzi komuni tal-lingwi dinjin. Id-deskrizzjonijiet tal-karatteristiċi tal-kliem, minbarra li joħorġu fid-dieher dittkanġija fl-ispettri, jagħtu sehemhom biex tissawwar grammatika tal-Malti li tagħraf tfiehem sew kif dal-ilsien jitħaddem fit-taħdit u fil-kitba fi żmienna. It-tagħrif miġbur f’dal-istudju, parti misluta mil-letteratura teknika u parti oħra kontribut ġdid, hu dak biss li hemm bżonn biex jintlaħaq l-iskop li nsemmi fil-bidu. Barra minn hekk, lil hinn mill-kategoriji tal-kliem, dat-tagħrif inebbaħ għadd ta’ ideat ġodda oħrajn fuq ir-ruħ ta’ lsienna li lkoll jistgħu jitqawsu fi mriewaħ differenti bejn żewġ estremi bħall-estremi temporali u spazjali, l-estremi verbali u nominali, u lestremi maskili u femminili.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/66251
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2014
Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Amaira, Mark.pdf
  Restricted Access
3.79 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.