Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/67161
Title: L-istorja ta’ bulijiet u vittmi fi skola primarja tal-gvern
Authors: Grioli, Gabriel
Keywords: Public schools -- Malta
Bullying in schools -- Malta
Victims of bullying -- Malta
Issue Date: 2018
Citation: Grioli, G. (2018). L-istorja ta’ bulijiet u vittmi fi skola primarja tal-gvern (Master's dissertation).
Abstract: F‟dan l-istudju jiena neżamina kif numru ta‟ individwi, illum ilkoll adulti, li kienu jattendu l- istess skola Primarja tal-Gvern, jipperċepixxu l-effetti u l-konsegwenzi varji li ħalla l-bulliżmu f‟ħajjithom. Il-mistoqsijiet ta‟ riċerka li dan ix-xogħol jipprova jwieġeb jinvolvu primarjament l- investigazzjoni tal-fatturi responsabbli għall-involviment ta‟ dawn il-persuni fil-kultura tal- bulliżmu, u tal-effetti riżultat ta‟ din l-immersjoni f‟din il-kultura li lkoll nafu kemm hija distruttiva. Il-metodoloġija applikata hija kwalitattiva, u tinkludi l-użu tal-life history interview li offriet il-possibbiltà li tingħata stampa sħiħa tal-esperjenzi personali ta‟ dawn il-persuni, minn mindu kienu għadhom tfal sal-lum il-ġurnata li huma adulti. Il-parteċipanti li ħadu sehem huma tmienja, erba‟ rġiel u erba‟ nisa, li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn l-20 u s-60 sena. Għall-analiżi tad-data ntużat l-analiżi tematika li għenitni niġbor id-data tant rikka b‟mod sistematiku, imqassma f‟temi. Ir-riżultati li ħarġu minn dan l-istudju jikxfu tbatijiet u realtajiet ibsin ħafna li, skont ir-riċerka, huma ħafna iżjed mifruxa u komuni minn kemm naħsbu. Parti sostanzjali minn dawn ir-riżultati hija ddedikata għall-aġir u l-attitudnijiet tal-għalliema lejn il-bulliżmu bil-għan li nuri f‟liema direzzjoni mexjin dawn l-edukaturi f‟dak li għandu x‟jaqsam ma‟ atti ta‟ vjolenza fl-iskejjel tagħna. Dan ix-xogħol jirriżulta li hawn eżiġenza qawwija għal aktar riċerka kwalitattiva minħabba li l-maġġorparti tal-letteratura dwar dan il-qasam hija kwantitattiva, bir- riżultat li l-għarfien dwar il-funzjonament tal-kulturi tal-bulliżmu għadu ferm limitat.
Description: M.TEACHING&LEARNING
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/67161
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18MTL020.pdf2.8 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.