Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/67591
Title: Ġenesi 1-3 : kif tifhimhom u kif tippreżentahom lit-tfal li qed jiehdu edukazzjoni primarja
Authors: Farrugia, Alexander
Keywords: Education, Primary -- Malta
Religion -- Study and teaching -- Malta
Religious educators -- Malta
Issue Date: 1991
Citation: Farrugia, A. (1991). Ġenesi 1-3 : kif tifhimhom u kif tippreżentahom lit-tfal li qed jiehdu edukazzjoni primarja (Bachelor’s dissertation).
Abstract: L-għan ewlieni ta' dan ix-xogħol hu li jagħti lill-għalliema tar-Reliġjon il-metodoloġija meħtieġa biex ikunu jistghu jitkellmu dwar l-ewwel tliet kapitli tal-Ġenesi, mat-tfal li qed jiehdu edukazzjoni Primarja. Dan l-istudju jinqasam fi tlieta. Fl-ewwel taqsima, l-edukatur Nisrani ghandu jsib it-tagħrif kollu dwar il-kontenut ta' Ġen 1-3 li juri min kienu l-awturi ta' dawn l-ewwel kapitli tal-Bibbja, meta kitbuhom, u f'liema ġeneru letterarju jaqgħu dawn ir-rakkonti. Fl-aħħarnett ghandu jsib lista ta' tagħlimiet li jista' jislet minn dawn ir-rakkonti primittivi. Tul it-tieni taqsima l-għalliem jiltaqa' ma' soluzzjonijiet ta' tliet diffikultajiet kbar li jkollu jhabbat wiċċu magħhom meta jaqra minn Ġen 1-3. L-ewwel isolvi il-problema ta' l-istografija Bibblika li jqajmu dawn ir-rakkonti. Wara għandu jsib mezz kif ilaqqa' flimkien lill-messaġġ reliġjuz tal-Bibbja, u t-tgħarif li twasslilna x-xjenza moderna. Imbagħad l-għalliem ikun jista' jaghmel vjaġġ mat-tema 'ħolqien' tul il-Kotba Mqaddsa, ħalli jara kif din tkompli tiżviluppa. It-tielet taqsima toffri ftit għodda ta' metodoloġija lill-għalliem. Fost dawn ghandu jsib ftit tagħrif psikoloġiku tat-tfal, analiżi tas-sillabu u l-kotba li jużaw it-tfal fl-iskola Primarja, u fl-aħħarnett xi suġġerimenti ħfief ta pedagoġija.
Description: B.ED.(HONS)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/67591
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 1953-2007

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Farrugia_Alexander_1991.PDF
  Restricted Access
3.89 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.