Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/70550
Title: Malta : interpretazzjoni storika u metaforika fil-poeżija Maltija
Authors: Sciberras, Dorian (2019)
Keywords: Maltese poetry -- 19th century
Maltese poetry -- 20th century
Malta -- In literature
National characteristics, Maltese, in literature
Nationalism in literature
Issue Date: 2019
Citation: Sciberras, D. (2019). Malta: interpretazzjoni storika u metaforika fil-poeżija Maltija (Master's dissertation).
Abstract: L-għanjiet tat-teżi huma l-istħarriġ ta’ xi jħossu l-poeti għall-pajjiż, l-għarfien tal-kontribut poetiku lill-gżira meqjusa nazzjon, u l-iskopertà tal-metafora ta’ Malta bħala mara. Ilkoll jintrabtu mal-prinċipju tan-nazzjonaliżmu kulturali u politiku, u malprinċipji tar-Romantiċiżmu u l-Moderniżmu li l-poeti nqdew bihom biex ifaħħru jew jikkritikaw lil Malta u lill-Maltin. It-teżi toffri stħarriġ tal-figura ta’ Malta bħala pajjiż fis-sens fiżiku nazzjonali, u bħala perċezzjoni poetika msarrfa f’figura metaforika. Kif jixhed it-titlu, it-teżi se tinqasam f’żewġ taqsimiet: l-interpretazzjoni Storika magħmula minn l-ewwel tliet kapitli, u l-interpretazzjoni Metaforika li fiha l-aħħar żewġ kapitli. L-ewwel kapitlu se jittratta l-mixjiet storiċi ta’ kif issawru, tħaddmu u nbidlu l-ideat ta’ nazzjon, il-karatteristiċi nazzjonali, u l-kunċett tan-nazzjonaliżmu. Ittieni kapitlu se jinkludi l-istħarriġ dwar l-importanza tal-istorja għan-nazzjon, b’enfasi fuq il-ġrajjiet kollha tal-poplu sal-ġlieda għall-ħelsien fl-imblokk tal-Franċiżi. It-tielet kapitlu jispjega l-ħsibijiet politiċi ta’ Mikiel Anton Vassalli, ta’ Manwel Dimech u talfundaturi tal-partiti ewlenin, l-ideat Romantiċi li bihom kellhom jingħelbu l-inġustizzji tal-kolonizzaturi u jinkisbu t-tamiet għall-ħelsien, u l-manjieri li bihom il-Modernisti esprimew il-kritika lejn il-poplu wara l-Indipendenza. Ir-raba’ kapitlu jiffoka fuq itteoriji filosofiċi u lingwistiċi dwar il-metafora li jfissru aħjar il-ħsibijiet dwar lidentifikazzjoni ta’ Malta ma’ mara. L-aħħar kapitlu jistħarreġ l-irwoli differenti li l-poeti jagħtu lill-gżira meta jippreżentawha bħala xbieha femminili, u kif permezz tagħha jipprovdu l-ħsibijiet nazzjonalistiċi. Il-poeti, bħal Ġan Anton Vassallo, Manwel Pace, Ġorġ Zammit, Charles Coleiro, Daniel Massa u Mario Azzopardi, jippreżentaw dawn il-funzjonijiet u oħrajn ladarba jidentifikaw lil Malta bħala mara minħabba li t-termini referenzjali bħal, “gżira,” “art” u “blata,” huma femminili. Minbarra l-fattur lingwistiku, hemm fatturi oħrajn, ilkulturali u l-istoriku, li bihom jesprimu l-karbiet tagħhom kontra l-kolonizzazzjoni u lprogress. B’hekk il-poeti jippoetiċizzaw il-kuntesti politiċi u soċjali, u jesprimu lgħanjiet tagħhom ħalli jsawru ġejjieni perfett. L-istħarriġ metaforiku jissaħħaħ u jintrabat mal-istorja għaliex minnha jinftiehmu l-kundizzjonijiet temporali, u jingħarfu l-aspetti u l-kunċetti l-aktar essenzjali għall-membri tan-nazzjon. Kull konklużjoni tissaħħaħ bir-riferimenti għall-poeżiji minn bosta antoloġiji poetiċi li, flimkien ma’ kotba u artikli li huma studji għar-riċerka, jidhru fil-lista biblijografika.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/70550
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19MAMAL001.pdf
  Restricted Access
2.54 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.