Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/70792
Title: Analiżi xjentifika tat-testi użati fil-fehim il-qari fil-livell tal-eżami tal-‘benchmark’
Authors: Mifsud, Gabriella (2018)
Keywords: Maltese language -- Study and teaching (Primary) -- Malta
English language -- Study and teaching (Primary) -- Malta
Reading -- Ability testing -- Malta
Reading comprehension -- Malta
Textbooks -- Malta -- Readability
Issue Date: 2018
Citation: Mifsud, G. (2018). Analiżi xjentifika tat-testi użati fil-fehim il-qari fil-livell tal-eżami tal-‘benchmark’ (Master's dissertation).
Abstract: Ir-riċerka deskritta f’din it-teżi kellha l-iskop li tistudja l-formulas eżistenti li janalizzaw il-livell ta’ diffikultà li jkollha silta għall-qari, biex finalment tiġi applikata l-aħjar formula għall-qari bil-Malti. L-ewwel kapitlu jagħti introduzzjoni dwar dan l-istudju b’ħarsa ġenerali dwar dak li nsibu fis-settur edukattiv Primarju ġewwa Malta u jispjega li l-qari jiġi eżaminat fil-karti tal-Malti u l-Ingliż. Il-kapitlu jagħlaq b’għadd ta’ għanijiet li fuqhom kien ibbażat dan l-istudju. It-tieni kapitlu mbagħad jagħti ħarsa lejn diversi xogħlijiet li saru dwar ir-readability kemm fis-settur lokali, kif ukoll internazzjonali. Ittielet kapitlu, mbagħad jiffoka dwar l-applikazzjoni tal-formula tar-readability magħżula, jiġifieri l-LIX formula, sabiex titkejjel id-diffikultà tal-qari kemm tal-Malti kif ukoll tal-Ingliż. Barra minn hekk, dan il-kapitlu jispjega wkoll s-selezzjoni tarreadability formula, flimkien ma’ xi limitazzjonijiet li kellha wkoll il-formula magħżula. Ir-raba’ kapitlu jinkludi l-analiżi u d-diskussjonijiet dwar dak li kien misjub permezz ta’ dan it-test xjentifiku kemm dwar il-karti tal-eżami tal-Benċmark tal-Malti, kif ukoll tal- Ingliż, li fil-fatt juri li b’mod konsistenti s-siltiet tal-qari bil-Malti kienu itqal minn dawk tal-Ingliż. Finalment, dan l-istudju jitfa’ dawl ġdid fuq kif għandhom jintgħażlu s-siltiet għall-assessjar tal-qari kemm mill-għalliema kif ukoll mill-eżaminaturi.
Description: M.TEACHING&LEARNING
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/70792
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18MTL025.pdf26.99 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.