Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/71220
Title: Id-djalett u l-Malti standard : hemm xi problemi fit-tagħlim?
Authors: Buttigieg, Linda (1998)
Keywords: Sociolinguistics -- Malta -- Gozo
Maltese -- Study and teaching
Maltese language -- Dialects
Education, Primary -- Malta -- Gozo
Issue Date: 1998
Citation: Buttigieg, L. (1998). Id-djalett u l-Malti standard : hemm xi problemi fit-tagħlim? (Master's dissertation).
Abstract: F'dan ix-xogħol, l-għan tiegħi hu li nosserva mill-qrib sitwazzjoni lingwistika ġewwa r-raħal tax-Xagħra, fejn wettaqt programm soċjolingwistiku fil-klassi. Din it-teżi tikkonsisti fsitt taqsimiet prineipali. Fl-II Kapitlu nagħti sfond soċjolingwistiku tal-gzira Għawdxija u wara nagħti tagħrif dwar ir-raħal li fiħ wettaqt ir-riċerka. Fit-II Kapitlu ninvestiga mill-ġrib id-differenza fil-varjeta wżata fid-dar mit-tfal u dik fl-iskola, u kif tista' tkun ta' żvantagg fit-tagħlim kemm tal-lingwa matema, kif ukoll fl-edukazzjoni inġenerali. It-III Kapitlu jitratta dwar l-attitudnijiet lejn il-varjetajiet tal-lingwa (ez. ta' l-għalliema, tal-genituri). Dawn kollha huma kruċjali fittiswir tal-kunċett tal-lingwa fl-istudenti. Fir-IV Kapitlu niddiskuti kif it-tagħlim espliċitu dwar il-varjetajiet jista' jgħin biex itaffi l-problemi msemmija fit-II Kapitlu. Il-V Kapitlu jikkonsisti f'diskussjoni fejn issir rabta ġenerali bejn is-sejbiet tieghi fil-prattika, u dak li diġa sar fl-ewwel erba' Kapitli.Fl-aħħar niddiskuti fil-qosor ir-riżultati ewlenin u nagħti xi suġġerimenti ghal studji oħra. Ix-xogħol f'din it-teżi nibet mill-għarfien tiegħi ta' problemi fil-kitba mit-tfal ta' seba' snin fit-tielet sena tal-primarja. Matul il-proċess tar-riċerka ġejt konxja kemm hija meħtiega attitudni pozittiva lejn l-użuu ta' varjetajiet ilifforenti tal-lingwa u kemm huwa importanti li l-għalliema tgħaddi dawn l-attitudnijiet pożittivi lill-istudenti tagħha. Barra minn hekk, huwa meħtieg ukoll li l-istudenti jingħataw tagħlim espliċitu soċjolingwistiku biex jiġu mgħallma l-lingwa nattiva taghhom kif tassew hi fir-realta. B 'hekk, jitgħallmu iktar dwar l-użu tal-lingwa matema filwaqt li jitgħallmu wkoll jirrispettawha u jgħożżuha.
Description: M.ED.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/71220
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 1953-2007

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Buttigieg_Linda_1998.pdf
  Restricted Access
15.05 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.