Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/71682| Title: | Id-drama bħala metodu għat-tagħlim tal-Malti |
| Authors: | Micallef, Daniella (2006) |
| Keywords: | Education, Primary -- Malta Drama in education -- Malta Maltese language -- Study and teaching -- Malta |
| Issue Date: | 2006 |
| Citation: | Micallef, D. (2006). Id-drama bħala metodu għat-tagħlim tal-Malti (Master’s dissertation). |
| Abstract: | L-iskop ewleni ta' din ir-riċerka hu li turi kif id-drama tista' tkun iktar integrata fis-sillabu tal- primarja. Id-drama tgħallem lill-individwu b'mod shih, għaliex tista' tintuża b'mod effiċenti ħafna, sew biex jiġi mgħallem suġġett partikolari, bħalma hija lingwa, kif ukoll biex jiġu mgħallma ħiliet soċjali u personali. Għaldaqstant id-drama hija mezz effettiv ħafna biex dawn l- għanijiet edukattivi jintlaħqu. Din ir-riċerka tikkonċerna fuq id-Drama bħala Metodu għat Tagħlim tal-Malti bħala eżempju u mudell ta' kif tista' tiġi utilizzata fil-kurrikulu. Fl-ewwel kapitlu nsibu daħla in ġenerali fuq ir-Riċerka waqt il-Prattika, sabiex jiġi analizzat is suġġett tad-Drama bħala metodu ta' tagħlim għall-Malti. It-tieni kapitlu jitratta dwar riċerka fuq is-suġġett tad-drama fl-edukazzjoni b'emfasi speċjali fuq id-drama bħala metodu ta' tagħlim ta' lingwa. Dan il-kapitlu jitratta wkoll l-istudji ta' l- intelliġenza, b'mod specjali l-Intelliġenzi Multipli ta' Howard Gardner li huma ta' importanza kbira fl-edukazzjoni ta' l-individwi. Il-Metodoloġija hija bbażata fuq sett ta' lezzjonijiet tal-Malti mgħallma permezz tad-Drama lit- tfal tat-tieni sena tal-primarja. Dawn il-lezzjonijiet huma msejsa fuq l-Intelliġenzi Multipli, kif ukoll fuq ħiliet oħra bħal smigħ, qari, taħdit u kitba fost l-oħrajn. F' dan il-kapitlu hemm ukoll intervisti u kwestjonarji li juru l-qagħda attwali tad-Drama fl-Edukazzjoni Maltija u bħala konsegwenza hemm it-tfassil tas-sillabu tad-drama għat-tieni sena tal-primarja. L-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet ta' l-intervisti u l-kwestjonarji qegħdin fir-raba' kapitlu, u fl aħħar kapitlu hemm il-konklużjoni ta' dan l-istudju |
| Description: | M.ED. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/71682 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 1953-2007 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Micallef_Daniella_2006.pdf Restricted Access | 13.5 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
