Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/7349
Title: Il-Mediterran fir-rumanz u n-novella Maltija : Il-kaz ta' Alfred Sant
Authors: Scerri, Dorothy
Keywords: Sant, Alfred, 1948- -- Criticism and interpretation
Maltese literature -- 20th century
Mediterranean Region
Globalization
Issue Date: 2012
Abstract: Dan l-istudju jistħarreġ primarjament in-narrattiva ta’ Alfred Sant u ta’ kittieba oħra bħal Paul P. Borg, Frans Sammut u Joe Friggieri, fid-dawl tal-kitbiet ta’ teoristi Mediterranji u mhux, li stħarrġu oqsma differenti marbuta mal- Mediterran, fosthom il-ġografija, il-klima, il-kunflitti, u d-differenzi kulturali. L-istorja tal-Mediterran influwenzat id-destin tal-gżejjer Maltin li nħakmu minn kolonizzaturi magħrufa tar-reġjun minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħhom. Madankollu jidher li tul iż-żmien, id-diversità u l-kunflitti xekklu r-relazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Mediterran u wasslu biex f’dan l-ispazju tinħass biss unità ġeografika. Din it-teżi tħares lejn it-temi tal-appartenenza, il-klima, il-kolonjaliżmu, il-vjaġġi, u l-fidi, u tippreżenta l-argument li bil-globalizzazzjoni l-Mediterran, minn “nieqa taċ-ċiviltà” sar parti mill-bqija tad-dinja.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/7349
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12MAMAL003.pdf
  Restricted Access
2.21 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.