Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/7363
Title: Analizi kritika tad-damma ta' Agius de Soldanis
Authors: Trevisan, Joanne (2012)
Keywords: Agius De Soldanis, Gio Pietro Francesco, 1712-1770 -- Criticism and interpretation
Lexicography -- Malta
Encyclopedias and dictionaries -- Malta
Issue Date: 2012
Abstract: L-għan tat-teżi tiegħi fil-grad tal-Baċellerat tal-Arti fil-Malti kien li jimtela vojt li kien jinħass fl-istudju tal-Malti. B'hekk kull min qed jistudja l-Malti jkollu dehra aktar kompleta tal-iżvilupp ta' lsienna. Id-dizzjunarju ta' Agius li baqa' manuskritt għal madwar 250 sena issa jista' jieħu forma elettronika biex ikun aċċessibbli għal kull min għandu għal qalbu l-lingwa li tagħtu ommu. Il-ħidma tiegħi ma setgħetx tieqaf hemm. Ħassejt il-ħtieġa li wara li qattajt tul ta' żmien nittraskrivi d-Damma ta' Agius, nanalizza b'mod kritiku kemm il-kontenut kif ukoll l-istil ta' kitba ta' Agius. Dan għaliex ħassejt li hu important li d-Damma tkun apprezzata mhux biss bħala punt ta' referenza għal xi kelmiet li ntilfu, iżda wkoll bħala referenza għall-istil ta' ħajja u d-drawwiet ta' dak iż-żmien. L-ewwel għan tat-teżi hu li nanalizza d-Damma bħala dizzjunarju, bħala kitba kemm fl-istil tagħha kif ukoll meta dan id-dizzjunarju nkiteb. Għaldaqstant bdejt billi npoġġi d-Damma fl-isfond tal-lessikografija Ewropea ta' żmienha sabiex b'hekk permezz ta' għarfien aktar wiesgħa ta' kif kien jiġi kkumpilat dizzjunarju dak iż-żmien inkun nista' nara Agius mexiex fuq l-eżempji ta' studjużi oħra. Tajt importanza wkoll lid-dizzjunarji li nistgħu nsibu fil-Biblijoteka Nazzjonali l-Belt Valletta, dan għaliex dawn id-dizzjunarji seta' kkonsultahom Agius.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/7363
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12MAMAL005.pdf
  Restricted Access
2.16 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.