Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/7391| Title: | Analizi tal-kuncett tal-kruha u difetti fizici fil-proza Maltija |
| Authors: | Borg, Pauline (2012) |
| Keywords: | Ugliness in literature Maltese literature -- 20th century Abnormalities, Human, in literature |
| Issue Date: | 2012 |
| Abstract: | F’din it-teżi se jiġi studjat kif tidher il-kruha fiżika fil-proża Maltija billi ssir analiżi komparattiva ta’ tipi ta’ kruha fiżika li jidhru f’rumanzi ta’ ġeneru Storiku-Romantiku, SoċjoRealista, u Modern. Għaldaqstant se jiġi identifikat min huma l-karattri l-koroh u liema tip ta’ kruha għandhom. Irid jiġi stabbilit pereżempju, humiex persunaġġi taż-żewġ sessi li jingħataw il-kruha, jew jekk il-kruha hijiex kwalità li tingħata lil xi sess aktar minn ieħor; jekk issirx differenza: fl-età tal-persunaġġ; jekk il-persuni b'età kbira biss jidhrux biss koroh, kif inhi d-dehra taż- żgħażagħ u t-tfal u x'jingħad għax-xjuħ. Se jidher jekk dawn jissemmewx ta' spiss fir-rumanzi. fin-nazzjonalità; jekk hemmx differenzi fiżiċi minn nazzjonalità għal oħra u se jidher liema huma n-nazzjonalitajiet li jissemmew permezz tal-karattri. fil-klassi soċjali; jekk hemmx klassijiet differenti u liema huma. Se jiġi speċifikat liema dehriet partikolari jissemmew ta' spiss fuq nies ta' klassi soċjali baxxa u dehriet oħra fuq nies tal-klassi l-għolja u x'qegħdin juru fuq dik il-klassi. It-tipi ta' kruha li se jidhru f'din l-analiżi se jinqasmu f'dehra, difetti fiżiċi, mard, faqar u xjuħija. Dawn it-tipi lkoll se jidhru fuq persunaġġi differenti, li kull wieħed minnhom għandu t-tip ta' ħajja tiegħu. Kull darba li jiġri dan, se jiġu studjati l-modi kif kittieba differenti jwasslu l-idea tal-kruha. |
| Description: | M.A.MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/7391 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2012 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 12MAMAL007.pdf Restricted Access | 1.88 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
