Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/75974
Title: Il-karattru tal-qassis fin-narrattiva Maltija
Authors: Lughermo, Stephen (2008)
Keywords: Priests in literature
Maltese literature -- 19th century -- History and criticism
Maltese literature -- 20th century -- History and criticism
Issue Date: 2008
Citation: Lughermo, S. (2008). Il-karattru tal-qassis fin-narrattiva Maltija (Master's dissertation).
Abstract: Għal ħafna snin, il-Knisja kellha influwenza kbira fuq is-soċjeta` Maltija. Bħala rappreżentant tal-Knisja fost il-poplu, il-qassis kellu rwol ewlieni x'jaqdi fil-ħajja tar-raħal. Karattru ċentrali b'pożizzjoni tant importanti u osservat minn kulħadd, il-qassis malajr sab ruħu taħt il-lenti tal-kittieba letterarji. L-ambjent raħli deskritt kemm-il darba fin-narrattiva Maltija ma setax jgħaddi minghajr il-figura tas-saċerdot u b'mod speċjali tal-kappillan. Minħabba f'hekk, dan il-karattru żviluppa f’karattru tipiku tal-letteratura ta’ pajjiżna u jidher f għadd imdaqqas ta' xogħlijiet. Madankollu r-rwol tiegħu ma baqax wieħed sterjotipat iżda offra aspetti varji li jixħtu dawl fuq il-bidla fil-mentalita` tas-soċjeta`. Fl-isfond ta' 1-iżvilupp tal-karattru tal-qassis fil-letteraturi barranin, dan ix-xogħol, għalhekk, ifittex li jinvestiga 1-karatteristiċi ewlenin ta' numru ta' karattri klerikali preżenti fin-narrattiva Maltija u jistħarreġ il-bidla fir-rwol tagħhom tul iż-żminijiet. Il-figura tradizzjonalment twajba u gusta tal-qassis matul is-snin ħalliet post għal kundanna ħarxa tal-kleru fit-tieni nofs tas-seklu għoxrin. Fl-istess waqt, il-qerq tal-qassisin ta' 1-isem kien bilanċjat mill-integrita` ta' qassisin ideali li jagħrfu jimxu fuq il-passi ta' Kristu anki fid-diffikultajiet ġodda li jsibu ma' wiċċhom. B'dan il-mod, is-suċċessi u 1-fallimenti li jikkaratterizzaw lill-qassis fin-narrattiva Maltija finalment jippreżentaw karattru li minn wieħed sterjotipat żviluppa f’simbolu tal-kuxjenza morali ta' soċjeta` Ii qed tinbidel.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/75974
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
M.A.MALTESE_Lughermo_Stephen_2009.pdf
  Restricted Access
7.35 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.