Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/78779
Title: It- tfassil ta' grammatika pedagoġika tal-Malti bħala lsien nattiv għas-sekondarja : studju tan-nom u l-verb
Authors: Ungaro, Melanie (2007)
Keywords: Maltese language
Maltese language -- Verb
Issue Date: 2007
Citation: Ungaro, M. (2007). It- tfassil ta' grammatika pedagoġika tal-Malti bħala lsien nattiv għas-sekondarja : studju tan-nom u l-verb (Master's dissertation).
Abstract: L-għan ewlieni ta' dan l-istudju huwa l-żvilupp ta' grammatika pedagoġika għat-tagħlim tan-nom u I-verb f'livell sekondarju. lnħass il-bżonn glial dan l-istudju għax il-kotba tal-grammatika Ii huma użati blialissa fl-iskejjel statali, kif ukoll is-sillabu preżenti ta' l-iskejjel statali jitrattaw it-taglilim tal-grammatika tal-Malti bħala lingwa barranija, minflok bħala lingwa nattiva, kif inhi fil-fatt għall-maġġoranza ta' l-istudenti fl-iskejjel. L-ewwel parti ta' din ir-riċerka hija l-istħarrig tal-letteratura teknika Ii turi d-differenza Ii teżisti bejn tipi ta' grammatika differenti. L-ewwel tip hija l-kompetenza grammatikali Ii tinsab b'mod inkonxju fil-kelliem nattiv u Ii l-istudent ikun ġa kompetenti fiha sa minn qabel ma jibda l-iskola primarja. lt-tieni tip tiġi studjata mil lingwista, u hijamudell ibbażat fuq l-għarfien tal-kelliem nattiv. lt-tielet tip hija dik pedagoġika, jiġifieri tip ta' grammatika adatta ghal taghlim fil-klassi. lt-tieni parti tagħti liarsa kritika lejn il-metodu tat-tagħlim Ii jitratta t-tagħlim tal-Malti bħala lingwa nattiva, u tistudja d-differenza Ii għandu jkun hemm bejn it-tagħlim ta' lingwa bħala waħda nattiva u bħala t-tieni lingwa. Tingħata wkoll liarsa kritika lejn is-sillabupreżenti ta' l-iskejjel statali, u l-kotba skolastici tal-grammatika. Dan huwa meħtieg minħabba Ii l-grammatika pedagoġika se toffri alternattiva aktar prattika għall-ħtiġijiet ta' l-istudenti Maltin tal-lum. Tingħata ġabra ta' riċerka Ii diġa teżisti dwar il-partijiet tad-diskors principali Ii huma n-nom u I-verb biex jiġi analizzat ii-mod kif dawn jistgħu jsiru relevanti gnat-tagħlim fis-sekondarja. L-izvilupp ta' din il-proposta pedagogika se jasal gnal formulazzjoni ta' skaluni mibnijin fuq sillabu spirall dwar in-nom u I-verb, għal erba' livelli adatti għall-ewwel erba' snin ta' l-edukazzjoni sekondarja. L-għalliem wara jkun jista' juża din it-teżi bħala gwida biex jizviluppa l-lezzjonijiet gnall-klassi skond il-kriterji stabbiliti hawnhekk b'mod xjentifiku.
Description: M.A.LINGUISTICS
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/78779
Appears in Collections:Dissertations - InsLin - 1996-2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
M.A.LINGUISTICS_Ungaro_Melanie_2007.pdf
  Restricted Access
10.76 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.