Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79088| Title: | It-teatru u l-komunità : il-funzjoni soċjo-politika ta' l-azzjoni drammatika f'Malta fir-tieni nofs tas-seklu għoxrin |
| Authors: | Azzopardi, Mario (1999) |
| Keywords: | Theater -- Malta -- 20th century Political and social views Drama -- 20th century |
| Issue Date: | 1999 |
| Citation: | Azzopardi, M. (1999).It-teatru u l-komunità : il-funzjoni soċjo-politika ta' l-azzjoni drammatika f'Malta fir-tieni nofs tas-seklu għoxrin (Master's dissertation). |
| Abstract: | L-għoti tat-Premju Nobelghal-Letteratura lis-satirista anarkiku Dario Fo fl-1997 seddaq it-tendenzi radikali Ii jinfunnaw sferi sħah tat-teatru kontemporanju, fid-dawl tas semjoloġija Ii tinteressa r-relazzjoni bejn l-atturi u l-pubbliku. Fil-ġjullar minn Milan hemm il-konvergenza tal-kwalitajiet kollha, imqar sovversivi, Ii jinstigaw l-att teatrali f'sens politiku, mimli mistoqsijiet dwar id-dinamika tal-poter fil-qafas komunitatju. Hemm letteratura Ewro-Amerikana estensiva li tanalizza l-prattika tat-teatm fil kuntest speċfiku ta' soċjeta' sensibilizzata, bis-saħħa ta' proċess evoluttiv li jwessa' I-idea tal kultura u jagħtiha dimensjoni aktar demokratika, bil-preżenza taċ-ċittadini bħala msieħba leġittimi fi spettakli Ii jorbtu mar-realta immedjata ta' ħajjtihom. Dan ix-xogħol hu bażat fuq il-kritetji tat-teatru bhala espressjoni Ii tirrevedi u tirrazzjonalizza r relazzjoni bejn L-atturi u L-pubbliku: it-teatm hu mifhum bħala strument għall analiżi rigoruża ta' soċjeta' sħiħa, bil-kontradizzjonijiet u l-kunflitti kollha tagħha: Minnħabba f'hekk, l-istħarriġ tiegħi kellu jisseddaq bil-kontenut ta' dixxiplini konnessi: mill-istorja sas-soqologija, mill-politika tax-xellug sa l-etnografija, mir-ritwal religjuż: sal-kami val, mill pedagoġija tal-Iiberazzjoni kif ipproponewha wħud bħal Illlich u Freire sat-teknika Brechtjana li fetfħet it-triq glial sensiela sħiħa ta' esperimenti Ii raw fit-teatru -ispirazzjoni għal militanza intellettwali favur komunitajiet dominati, sottomessi u oppressi. Fix-xoghol li qed ikun ipprezentat havm, l-epistemoloġija dwar it-teatru hi bażata fuq il-punti kruċjali avanzati mill-avangwardja kontemporanja, kif proposta minn Meyerhold, Piscator, Brecht, Artaud, Grotowski, Barba, Fo, McGrath u Boal, fost olirajn. L-ewwel erba' kapitli jiffukaw espressament fuq l-ideologija teatrali Ii tikkuntrasta mat-teżi Aristotelika ta' l-empatija u l-katarsi. F'dan il-kuntest, l-esperjenza teatrika ssir amalgamazzjoni " ta' komponenti interattivi, fosthom dawk soċjalment problematiċi jew li jisfidaw il-valuri tal-kon enzjoni. L-objettiv ewlieni jindirizza l-funzjoni soċjo-kulturali tat-teatru bħala agent trasfonnattiv, li jipprovoka djalettika li tirrispondi għar-realta' komunitatja. |
| Description: | M.PHIL. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79088 |
| Appears in Collections: | Dissertations - InsMI - 1995-2010 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| M.PHIL_Azzopardi_Mario_1999.pdf Restricted Access | 16.75 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
