Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79903
Title: Aspetti soċjolingwistiċi tad-djalett ta’ San Lawrenz u s sistema vokalika tiegħu
Authors: Grima, Anna (2021)
Keywords: Maltese language -- Dialects -- Malta -- San Lawrenz
Maltese language -- Dialects -- Malta -- San Lawrenz -- Phonology
Maltese language -- Vocalization -- Malta -- San Lawrenz
Maltese language -- Diphthongs
Maltese language -- Social aspects -- Malta -- San Lawrenz
Issue Date: 2021
Citation: Grima, A. (2021). Aspetti soċjolingwistiċi tad-djalett ta’ San Lawrenz u s sistema vokalika tiegħu (Bachelor's dissertation).
Abstract: L-għażla li niffoka t-teżi tiegħi fuq id-djalett Lawrenzjan kienet waħda naturali minħabba li dan hu l-istess djalett li jien nuża fit-taħdit tiegħi u allura jagħmel parti mill-identità tiegħi. L-iskop ewlieni ta’ dan l-istudju hu maqsum fi tnejn: li jiġu mistħarrġa numru ta’ aspetti soċjolingwistiċi tad-djalett Lawrenzjan kif ukoll li tiġi stabbilita s sistema vokalika ta’ dan l-istess Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet kien hemm bżonn ta’ żewġ metodi għal ġbir tad-data: dak kwantitattiv u dak kwalitattiv. Il-metodu kwantitattiv, jiġifieri l-kwestjonarju, ġie użat sabiex jinġabru l-aspetti soċjolingwistiċi ta’ persuni li joqogħdu San Lawrenz u għalhekk huma midħla ta’ dan id-djalett li però mhux bilfors huma kelliema nattivi tiegħu. Min-naħa l-oħra l-metodu kwalitattiv ġie użat waqt l-intervisti li saru ma’ kelliema nattivi tad-djalett Lawrenzjan sabiex minn dawn l-intervisti setgħet tinħareġ is-sistema vokalika fi ħdan dan id-djalett. Minbarra l-varjabbli tal-ġeografija ġew ikkunsidrati żewġ varjabbli oħra fl-għażla tal-informanti: dak tal-età u tas-sess. Kemm għall-kwestjonarji kif ukoll għall-intervisti, l-informanti magħżula kienu maqsuma ugwalment skont is-sess tagħhom. L-età tal-informanti wkoll ittieħdet inkonsiderazzjoni għax din kienet tvarja minn 40 sa 65 sena. Dawn il-punti flimkien ma’ oħrajn jinsabu f’kapitlu tlieta ta’ dan l-istudju. L-ewwel kapitlu se jibda billi jiffoka fuq numru ta’ aspetti storiċi, kulturali u soċjali ta’ dan ir-raħal sabiex jagħtuna sfond tal-ambjent li fih qed jiġi mitkellem dan id-djalett. Se tingħata ħarsa wkoll lejn xi studji li saru fil-passat li fihom saret referenza għad-djalett Lawrenzjan. Wara dan il-kapitlu se tingħata ħarsa kritika lejn numru ta’ testi letterarji li nsibu kemm fil-qasam tassoċjolingwistika u anke dak tad-djalettoloġija. Fost l-oħrajn se jiġu diskussi numru ta’ varjabbli soċjolingwistiċi kif ukoll numru ta’ studji li saru fil-qasam tad djalettoloġija b’mod speċjali dawk li jiffukaw fuq varjetajiet Maltin u Għawdxin. Dawn l-istudji se jservu bħala sfond għal meta se tiġi ffurmata u analizzata s-sistema vokalika tad-djalett Lawrenzjan f’kapitlu ħamsa. Din is-sistema vokalika setgħet tinħareġ biss wara li saret traskrizzjoni tal-intervisti kif ukoll tal-pari minimi permezz tal-Alfabett Fonetiku Internazzjonali. F’kapitlu erbgħa se jkunu diskussi s-sejbiet ewlenin tal-kwestjonarju li kien maqsum f’ħames taqsimiet, b’kull taqsima tiffoka fuq aspett partikolari. Permezz ta’ din l-analiżi se tingħata stampa tal-attitudnijiet soċjolingwistiċi ta’ persuni minn dan ir-raħal, kemm tad-djalett Lawrenzjan kif ukoll ta’ djaletti oħrajn. L-aħħar kapitlu mbagħad se jiġbor is-sejbiet ewlenin flimkien ma’ xi limitazzjonijiet ta’ dan l-istudju. F’dan l-istess kapitlu se jingħataw ukoll numru ta’ suġġerimenti għal studji oħra fil-futur li jistgħu jsiru f’dan il-qasam.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79903
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2021
Dissertations - FacArtMal - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21BAMAL008.pdf
  Restricted Access
2.33 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.