Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79938
Title: Il-funzjoni avverbjali ta’ forom aġġettivali
Authors: Muscat, Deborah (2021)
Keywords: Maltese language -- Parts of speech
Maltese language -- Adjective
Maltese language -- Adverbials
Issue Date: 2021
Citation: Muscat, D. (2021). Il-funzjoni avverbjali ta’ forom aġġettivali (Bachelor's dissertation).
Abstract: Din it-teżina tinqasam fi tliet kapitli. L-ewwel kapitlu jimraħ kemm f’dak li nkiteb dwar il-kategoriji grammatikali relevanti għal dan l-istudju, għalhekk, il-ġens u l-għadd ladarba huma ż-żewġ kategoriji li b’mod ġenerali jinfletti għalihom l-aġġettiv fil-Malti, kif ukoll f’dak li jingħad dwar il-QGr. Fl-istess kapitlu nittratta l-PD tal-aġġettiv u tal-avverb f’lingwi oħra sabiex ’il quddiem nuri l-karatteristiċi u l-imġiba lingwistika tagħhom fil-Malti. Niddiskuti wkoll mezzi oħra ta’ kif jiġu espressi tifsiriet avverbjali f’lingwi diversi. Dan id-diskors iwassal għad-diskussjoni ta’ dawn l-istess mezzi fil-Malti, għalkemm ftit li xejn jingħad dwar dawn jew aħjar, dwar l-aġġettivi b’f.avv. fil-letteratura teknika dwar il-Malti. Ir-raġunijiet wara l-għażla tal-frm.aġġ. mistħarrġa, il-mod tal-ġbir tal-kampjun u l-ipoteżi tiegħi qabel il-bidu tal-analiżi huma murija fit-tieni kapitlu. Barra minn hekk, f’dan il-kapitlu ninkludi l-metodoloġija li nħaddem, id-diffikultajiet li ltqajt magħhom sakemm eventwalment sibt l-aħjar metodoloġija u l-isfidi ta’ waqt l-analiżi nnifisha. L-analiżi ta’ dan l-istħarriġ issib ruħha fit-tielet kapitlu. B’mod limitat, nittratta l-f.nom. li ħadu l-frm.aġġ. mistħarrġa filwaqt li nittratta l-f.aġġ. u dik avverbjali tal-istess forom fid-dettall. Tul l-analiżi, frekwentement nirrikorri għall-intwizzjoni tiegħi bħala kelliema nattiva jew nikkonsulta kelliema nattivi oħra sabiex l-analiżi tkun kemm jista’ jkun kompleta. Eventwalment, nistabbilixxi liem mill-frm.aġġ. dehru jaqdu f.avv. u l-binjiet u l-pożizzjonijiet sintattiċi li fihom huma possibbli b’din il-funzjoni. Nagħti ħarsa lejn il-QGr u xi fatturi li aktarx jikkondizzjonaw in-nuqqas ta’ sospensjoni tiegħu fil-f.avv.Fid-dawl ta’ dan kollu, nikkonkludi b’diskussjoni dwar l-aħjar terminoloġija għal dan is-suġġett. Lejn tmiem it-teżina niġbor il-konklużjonijiet u l-osservazzjonijiet li slitt minn dan ix-xogħol filwaqt li nissuġġerixxi studji oħra li jistgħu jsiru sabiex jikber l-għarfien tagħna dwar dan il-qasam, għarfien li għadu fi stat bikri. Il-kampjun li serva ta’ punt tat-tluq jinsab fl-appendiċi mehmuża fuq wara tat-teżina kkategorizzat abbażi tal-funzjoni li l-fra.aġġ. taqdi.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79938
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2021
Dissertations - FacArtMal - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21BAMAL010.pdf
  Restricted Access
2.42 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.