Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79945
Title: Il-karnival Malti : studju lessikali
Authors: Caruana, Peter Paul (2021)
Keywords: Malta -- Social life and customs
Carnival -- Malta
Carnival -- Malta -- Terminology
Maltese language -- Lexicology
Issue Date: 2021
Citation: Caruana, P.P. (2021). Il-karnival Malti: studju lessikali (Bachelor's dissertation).
Abstract: It-teżi tiegħi hi maqsuma prinċipalment fi tliet kapitli. Fl-ewwel kapitlu nitkellem fuq l-istorja tal-Karnival. Fit-tieni kapitlu nittratta l-metodoloġija li użajt biex ġbart l-informazzjoni meħtieġa u l-glossarju b’ġabra sostanzjali ta’ termini, waqt li fit-tielet kapitlu nanalizza t-termini li ġbart.Fl-ewwel kapitlu nitkellem dwar l-istorja tal-Karnival Malti mill-bidu nett sal-lum. Il-Karnival oriġina ftit wara l-wasla tal-Kavallieri. F’dan il-kapitlu nsemmi t-tradizzjonijiet tal-Karnival, kemm dawk li nqatgħu kif ukoll dawk li għadhom jiġu ċċelebrati. Fit-tieni kapitlu niddiskuti l-metodoloġija li użajt biex ġbart linformazzjoni għat-teżi tiegħi u l-glossarju. Naturalment, mingħajr l-għajnuna ta’ diversi voluntiera tal-Karnival, li aċċettaw li nintervistahom, ma kontx nasal biex ngħaqqad il-glossarju. Bħala metodoloġija, ħloqt sett ta’ mistoqsijiet u għamilt diversi intervisti, kemm ma’ karristi kif ukoll ma’ ħajjata. Ċerti termini ntużaw f’kull intervista, iżda minn kull waħda ħareġ xi kliem differenti. Għalhekk, kien importanti li nagħmel madwar ħmistax-il intervista. Il-glossarju jilħaq il-qofol tat-teżi tiegħi għax hu l-kontribut ewlieni u l-għan prinċipali tal-istudju tiegħi. Bis-saħħa tal-intervisti u ta’ xi kitbiet, ġbart numru sostanzjali ta’ termini tal-affarijiet li jużaw, bħal għodda u materjal. Fil-glossarju mhux biss tajt it-tifsira tat-termini skont Aquilina u Serracino Inglott, iżda żidt kolonna bi spjegazzjoni dettaljata ta’ kif jew għal xiex jintuża l-oġġett imsemmi. B’dan il-mod, pruvajt nagħti stampa ta’ kif jinbena karru lil min mhux midħla ta’ dan il-qasam. Fl-istudju tiegħi, għamilt ħilti kollha biex niġbor kemm jista’ jkun termini u niġbor sal-inqas dettall dwar kif tintuża xi għodda jew kif isir xi proċess partikolari. It-tielet kapitlu hu analiżi tal-glossarju. Fih analizzajt it-termini bir-reqqa biex stajt nasal għal ċerti konklużjonijiet. Dan il-kapitlu qsamtu f’partijiet differenti. Fost l-oħrajn insemmi kliem li ma sibtx tifsira tiegħu fid-dizzjunarji, kliem li għandu iktar minn tifsira waħda, u kliem li jieħu plurali differenti. Lejn l-aħħar tat-teżi, biex ix-xogħol tiegħi jkun iktar faċli li wieħed jifhmu, għamilt is-sezzjoni tal-appendiċi li fiha tajt ritratt tal-maġġoranza tattermini li ġbart. Taħt kull ritratt ktibt l-isem tat-terminu biex wieħed ikun jista’ jħares lejn il-glossarju u jifhem x’inhu u għal xiex jintuża l-oġġett muri fir-ritratt. Xi ritratti ħadthom jien, bil-permess tal-parteċipanti waqt l-intervisti, u oħrajn li ġibthom minn siti elettroniċi.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79945
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2021
Dissertations - FacArtMal - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21BAMAL004.pdf
  Restricted Access
16.39 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.