Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79986
Title: Dokumentazzjoni tal-eqdem kliem fil-prietki ta’ I.S. Mifsud
Authors: Pisani, Lee (2021)
Keywords: Mifsud, Ignazio Saverio, 1722-1773 -- Sermons
Sermons, Maltese -- 18th century
Maltese language -- Lexicology
Issue Date: 2021
Citation: Pisani, L. (2021). Dokumentazzjoni tal-eqdem kliem fil-prietki ta’ I.S. Mifsud (Bachelor's dissertation).
Abstract: L-għan ta’ din it-teżi hu li tkompli tiġbor il-lessiku mill-prietki ta’ Ignazio Saverio Mifsud biex ’il quddiem isibu ruħhom f’dizzjunarju storiku li jiddokumenta l-ewwel okkorenzi tal-kliem u l-aktar referenzi bikrija għal tifsiriet sekondarji jew mibdula. Id-Dipartiment tal-Malti ilu mill-2011 iħajjar lill-istudenti jaħdmu fuq dan il-proġett u t-teżi tiegħi hija l-għaxar waħda ddedikata lil Mifsud. It-tabella li ġejja, mqassma f’erba’ kolonni turi liema prietki ġew kopruti u r-referenza tingħata għall-ktieb ‘Il-Prietki bil-Malti ta’ Ignazio Saverio Mifsud’ ippubblikat minn Joe Zammit Ciantar fl-2008. U mbagħad qed inżid id-data tal-prietka, l-isem tal-istudenti li għamlu t-teżi u t-titlu tagħha. L-akbar biċċa xogħol li ħadt fit-teżi kien l-għadd kbir ta’ prietki li koprejt. Dan dħalt għalih għax bis-saħħa tal-ħames prietki li ħdimt fuqhom, il-proġett tad-Dipartiment se jkun kopra b’kollox seba’ u għoxrin prietka minn total ta’ tlieta u tletin. Il-ħames prietki li ħdimt huma:  Diskors Morali fuq il-Qrar  Diskors Morali fuq l-Umiltà  Diskors Morali fuq il-Konverżjoni  Paniġierku f’ġieħ l-Arċisqof ta’ Mira, San Nikola l-Kbir – L-Ewwel Taqsima  Paniġierku f’ġieħ it-Tawmaturgu ta’ Bari u Arċisqof ta’ Mirea, San Nikola l-Kbir – It-Tieni Taqsima
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79986
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2021
Dissertations - FacArtMal - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21BAMAL011.pdf
  Restricted Access
1 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.