Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/80029
Title: “O mħabba!” : il-poeżiji ta’ Victor Fenech dwar l-imħabba
Authors: Sacco, Francesca Marie (2021)
Keywords: Fenech, Victor, 1935- -- Criticism and interpretation
Maltese poetry -- 20th century
Maltese poetry -- 21st century
Love in literature
Love -- Philosophy
Issue Date: 2021
Citation: Sacco, F.M. (2021). “O mħabba!”: il-poeżiji ta’ Victor Fenech dwar l-imħabba (Bachelor's dissertation).
Abstract: It-teżina tesplora l-imħabba bejn mara u raġel kif inhi ppreżentata fil-poeżiji ta’ Victor Fenech. Il-bażi teorika adottata fl-analiżi tal-poeżiji hija dik ta’ Platun u tal-kritiċi Femministi Simone de Beauvoir, Julia Kristeva u Luce Irigaray. It-teżina hija maqsuma skont l-esperjenzi differenti tal-imħabba li joħorġu mill-kitbiet ta’ Fenech. Xi poeżiji ttrattati fit-teżina jiffukaw fuq l-importanza u l-ħtieġa tal-imħabba f’ħajjet il-bniedem. Poeżiji li huma xhieda tal-imħabba fis-sabiħ tagħha huma wkoll diskussi. Is-sbuħija fiżika tal-mara hija deskritta fil-poeżiji ta’ Fenech, b’referenza għall-fehmiet ta’ Platun. Din l-istess sbuħija tnibbet ix-xewqa għal relazzjoni ta’ mħabba, li Fenech ukoll jippreżenta f’xogħlijietu. Il-poeta ma jinjorax l-esperjenzi diffiċli tal-imħabba, bħal meta tintemm relazzjoni, fil-poeżiji tiegħu, li huma evalwati b’diwi fuq il-ħsibijiet ta’ De Beauvoir u Kristeva b’mod partikolari. Fenech jixħet ukoll dawl fuq l-imwiet f’koppja fil-poeżiji. Is-sentimenti li jikkawżaw l-esperjenzi tal-imħabba huma wkoll evidenti fil-poeżiji ta’ Fenech, kemm dawk ta’ gost kif ukoll ta’ niket. Mill-analiżi tal-poeżiji, huwa ċar li Fenech iħares b’ambivalenza lejn ċerti aspetti tal-ħajja fosthom l-attivitajiet sesswali bla impenn emozzjonali. Għalkemm Fenech kontinwament jindirizza lill-maħbuba tiegħu fil-poeżiji u jagħti lill-qarrejja x’jifhmu li jipprova joħloq djalogu bejn il-maħbubin, kif il-kritiċi Femministi bħal Irigaray tant esiġew li għandu jsir, hija l-vuċi tal-poeta jew tal-persona li tidwi matul il-poeżiji. L-istess ottika maskili tidher partikolarment fil-poeżiji dwar l-esperjenzi sesswali, fil-poeżiji ta’ tradiment u l-kollass taż-żwieġ, kif ukoll f’dawk li jikkonċernaw il-mewt tal-maħbuba.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/80029
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2021
Dissertations - FacArtMal - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21BAMAL012.pdf
  Restricted Access
1.12 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.